L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Mons. Alexander Cordina bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.
Mons. Cordina twieled fis-7 ta’ Ottubru 1958. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja Stella Maris College, il-Gżira, fl-iskola sekondarja teknika f’Raħal Ġdid, fis-Sixth Form il-Belt Valletta, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.
Mons. Alexander Cordina ġie ordnat saċerdot fil-29 ta’ Ġunju 1984 u fl-istess sena nħatar viċi-kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġiljan. Fl-1989 huwa nħatar kappillan fil-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq u bejn l-1993 u l-2007 serva fil-komunita’ ta’ San Blas (Caritas). Fl-2007 inħatar direttur tas-Sena Propedewtika, viċi-rettur fis-Seminarju Maġġuri u direttur spiritwali fis-Seminarju tal-Arċisqof.
Il-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tiġbor fiha madwar 1,800 persuna fi 800 familja.