Nhar is-Sibt 11 ta’ Frar 2012, l- Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippresieda l-Assemblea Ġenerali tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, f’Mount St Joseph, Tarġa Gap. Aktar minn 120 operatur pastorali ħadu sehem fid0diskussjoni li kkonċentrat fuq l-irwol u l-kontribut taż-żgħażagħ fil-knisja.
Arċisqof Pawl Cremona, flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-knisja, kienu wkoll preżenti sabex jisimgħu l-opinjonijiet u ħsibiet tal-parteċipanti. L-attività ġabet flimkien vuċijiet differenti mill-erba’ ambjent prinċipali ta’ ħidma pastorali maż-żgħażagħ: parroċċi, movimenti, strutturi edukattivi u ambjenti oħra non-formali.
Din kienet il-ħames Assemblea Nazzjonali organiżżata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Il-proċedimenti minn din l-okkażżjoni ser ikunu qiegħdin jiggwidaw l-azzjoni pastorali djoċesana matul is-sena li ġejja.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]