Is-Sibt 26ta’ Frar 2011, il-ħames Assemblea Ġeneral għaż-Żgħażagħ kienet organiżżata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) ġewwa l-Kumpless Ħniena Divina, in-Naxxar. Mexxeja taż-żgħażagħ kienu mistiedna b’mod partikulari biex flimkien jiddiskutu l-ħtieġa ta’ formazzjoni xierqa fil-ħidma maż-żgħażagħ. It-tema magħżula “Jien.Aħna.Huma” ġibdet l-attenzjoni għall-karratteristiċi uniċi li tirrekjedi l-preparazzjoni għall-ħidma nisranija maż-żgħażagħ.
Dr Adrian Gellel u Dr Edward Wright indirizzaw l-Assemblea qabel ma l-parteċipanti setgħu jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom fi gruppi żgħar. Lejn tmiem l-Assemblea, il-KDŻ inawgurat il-websajt ġdida tagħha www.kdz.org.mt. L-Arċisqof Pawlu Cremona, li kien preżenti tul l-Assemblea, kien l-ewwel li daħal fis-sit il-ġdid.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]