Nhar is-Sibt 23 ta’ Frar, mexxeja taż-żgħażagħ, gwidi u akkumpanjaturi se jiltaqgħu għas-sitt Assemblea Nazzjonali annwali dwar il-Pastorali maż-Żgħażagħ ġewwa l-Istitut Kattoliku, il-Furjana. It-Tema ‘Proċessi Formattivi’, se tiffoka fuq l-esperjenzi li jgħaddu minnhom iż-żgħażagħ stess meta ijpprateċipaw fid-diversi inizjattivi pastorali offruti fid-djoċesi.
L-indirizz ċentrali se jkun mogħti minn Dun Fabio Attard Sdb, Kunsillier Ġenerali għall-Pastorali Żagħżugħa tas-Salesjani Internazzjonali. L-assemblea se tkun ippreseduta minn Mons. Arċisqof Pawl Cremona, li se jkollu wkoll laqgħa parallela mad-diriġenti tal-għaqdiet u movimenti.
Qabel is-sessjoni plenarja, il-parteċipanti se jkunu qed jieħdu sehem fi gruppi ta’ diskussjoni biex jirriflettu fuq is-suġġett tat-tema.
Proċessi Formattivi hija organiżżata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Aktar informazzjoni tinsab fuq http://bit.ly/Assemblea13