Isqfijiet minn pajjiżi fejn Insara huma partikolarment persegwitati qed jingħaqdu ma’ Isqfijiet oħra fir-Renju Unit għal attivita fil-Katidral ta’ Westminister sabiex jagħmlu sejħa internazzjonali għal-liberta reliġjuża.
‘The Night of Witness’ fil-Katidral ta’ Westminister qed tkun organizzata minn Aid to the Church in Need, fost biżat li l-persekuzzjoni qed tkun ta’ theddida għall-eżiztenza tal-Kristjaneżmu f’għadd ta’ pajjiżi, partikolarment fi Lvant Nofsani.
Fost dawk fi trqithom għall-attivita li se ssir fis-17 ta’ Mejju, hemm l-Arċisqof Joseph Coutts ta’ Karachi fil-Pakistan, u l-Isqof Joannes Zakaria ta’ Luxor fl-Eġittu, li t-tnejn se jagħmlu indirizz ewlieni, flimkien mal-espert dwar kwistjonijiet ta’ fidi, L-Isqof Anglikan Dr Michael Nazir-Ali.
‘The Night of Witness’ se tinkludi mużika u qari b’solidarjeta ma’ nies li persegwitati f’pajjiżi li jinkludu l-Indja, il-Pakistan, l-Iraq, l-Eġittu u n-Niġerja. Preżenti, pereżempju, se jkun hemm Stephen Anjum li ħarab ma’ familtu mill-Pakistan lejn ir-Renju Unit wara li estremisti sparaw fuq martu minħabba li wildhom, allegatament insolenta lil Mohammed. Anjum kien ikkwotat jgħid li “n-nies fir-Renju Unit u fi kwalunkwe post ieħor fil-Punent, sempliċiment mhumiex konxji tal-iskala ta’ problemi li aħna niffaċċjaw f’pajjiżna. Neħtieġu appoġġ morali qawwi sabiex in-nies f’pajjiżi jkunu ħielsa mill-vjolenza u l-intimidazzjoni”.