Dil-ġimgħa tnediet l-attività UltraRider fid-Dar tat-Tfal Sagra Familja f’Ħaż-Żabbar. Il-moħħ wara UltraRider huwa ċ-Ċermen ta’ Radju RTK 103FM, Franco Azzopardi. Ultra-Rider hija l-ewwel attività li qed titnieda f’isem RTK4Charity, sezzjoni fi ħdan il-Kumpanija RTK li tnediet matul il-ġimgħa li għaddiet bl-għan u r-rwol ewlieni tagħha jkun li jħaddan il-Corporate Social Responsibility kemm tal-RTK iżda wkoll ta’ kumpanniji oħrajn. Waqt it-tnedija tal-attività UltraRider, Azzopardi qal li l-RTK ħass li għandu jgħożż dan il-kunċett ta’ Corporate Social Responsiblity b’differenza.
Huwa qal li l-isfida ta’ Ultra-Rider hi li se jkun li jaqdef bir-rota għal 24 siegħa. id-distanza ta’ 500km. Din se tkun tkopri minn Londra sa Pariġi. Huwa qal li din hija sfida ġdida għalih, sfida li din id-darba ddeċieda li jagħmel f’isem tfal li għandhom bżonn l-għajnuna. Kompla jgħid li l-isfida ta’ UltraRider mhux se tieqaf hemm, iżda se tkompli għaddejja ġimgħa wara meta se jkun qed jisfida qadfa bir-rota oħra, din id-darba fl-Isvizzera u se jkun qed ikopri distanza ta’ 720km. Dan ifisser, qal is-Sur Azzopardi, li se jkollu jaqdef madwar 27 siegħa mingħajr waqfien.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com