Fl-okkażjoni tan-Novena tal-Milied, il-grupp taż-Żgħażagħ SDC iltaqa’ fid-Dar Ġenerali (il-Blata l-Bajda) nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru 2024. Din kienet okkażjoni fejn dawn iż-żgħażagħ irriflettew fuq kemm it-twelid ta’ Ġesù Bambin iqawwina fit-tama. Natalino Camilleri qasam ħsieb fuq kif kull nisrani għandu jkun missjunarju tat-tama billi jieħu ftit mit-tbatija ta’ ħaddieħor. Permezz tar-riflessjonijiet ta’ San Ġorġ Preca fil-programm tan-Novena, L-Iskola ta’ Betlem, iż-żgħażagħ ħasbu fuq kemm Ġesù Bambin jgħallimna ngħixu l-virtù tal-faqar, li tgħinnhom ma jħallu xejn ifixkillhom milli jħobbu lil Ġesù. Din saret quddiem il-preżenza ta’ Ġesù Bambin fl-Ewkaristija. L-attività ntemmet b’ħin ta’ soċjali fejn iż-żgħażagħ qassmu x-xewqat tal-Milied u s-sena l-ġdid.

Żgħażagħ interessati li jingħaqdu mal-grupp Żgħażagħ SDC jistgħu jikkuntattjaw lis-Segretarju Ġenerali fuq [email protected].

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org