Il-Vatikan ippubblika dak li qed jissejjaħ “a year in review” – ħarsa lejn l-attivitajiet ewlenin tal-Papa tul ix-xahar. Fil-fatt ħarġu diġa d-dettalji sa Lulju li għadda. Fuqnett tal-lista jidher li kien hemm l-awtorizzazzjoni tal-miraklu attribwit għall-Papa Ġwanni Pawlu II. Wara l-ewwel avveniment stabbilit fl-Ingilterra u Wales ta’ dawk li kienu Anglikani u li fittxew għaqda sħiħa fi ħdan il-Knisja Kattolika.

L-Isqfijiet tal-Filippini kienu wkoll parti ċentrali fix-xhur tal-2011,bil-Papa jilqa’ għandu gruppi minnhom fiż-żjarat ta’ rutina ta’kull ħames snin. Dawn kienu jinkludu Isqfijiet tal-Knisja Syro-Malankar.

Tissemma wkoll il-preżentazzjoni tal-ktieb ĠESU TA. NAŻARET (Vol II: MID-DĦUL F’ĠERUSALEM SAL-QAWMIEN), li saret fl-10 ta’ Marzu, fi żmien ir-Randan.

L-interess tal-Vatikan fil-mezzi ta’ media soċjali ukoll ngħata l-importanza dovuta, rimarkabbli partikolarment fil-15 ta’ Marzu meta kienet attivata l-paġna l-ġdida ta’ Facebook marbuta mal-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Avveniment ieħor importanti kien il-preżentazzjoni u l-laqgħa tal-Forum tal-Vatikan għad-djalogu ma’ dawk li ma jħaddnux twemmin.

Fost attivitajiet oħra, jissemmew iż-żjarat li l-Isqof ta’ Ruma, għamel f’Ruma stess, inkluż iż-żjara f’Fosse Ardeatine fejn ikkommemora l-qtil tat-335 persuna, li lkoll spiċċaw vittmi tal-forzi Ġermaniżi li kienu jokkupaw iż-żona f’Ruma fl-1944 u li kienu rreaġixxew għal splużjoni ta’ bomba li kienet ħalliet 33 Ġermaniż mejta.

Aċċenn isir ukoll għall-isforzi ekumeniċi tal-Papa, fosthom il-laqgħa tiegħu mal-Arċisqof Krisostmu II, Primat tal-Knisja Ortodossa ta’ Ċipru.

Aċċenn isir ukoll għaż-żjarat li saru lill-Papa minn diversi mexxejja dinjija, fosthom il-President tar-Russja fis-17 ta’ Frar; mill-President tal-Libanu ġimgħa wara eżatt, u anki mill-President tal-Parlament Ewropew fi tmiem ix-xahar ta’ Frar. Tul Marzu, f’udjenzi separati laqa’ għandu lill-Presidenti taċ-Ċili u tal-Islanda.