Avventura ma’ Ġesu’, programm ġdid għat-tfal fuq Radju Marija mtella’ mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal (frekwenza 102.3 għal  Malta u 107.8 għal Għawdex).

Elena, membru ta’ din il-Kummissjoni, ser tippreżenta dan il-programm kull nhar ta’ Ġimgha, fid-9 ta’ filgħodu.  Il-programm ser jixxandar għall-ewwel darba fit-tlettax ta’ Jannar.  Dan il-programm se jgħin biex insiru nafu iktar lil Ġesu’ mill-qrib, għaliex fih se jkun hemm l-opportunita’ li tiġi spjegata għat-tfal, il-Liturgija tal-Ħadd.

Magħha fil-programm dejjem se jkollha xi tfal mistednin, għalhekk min jixtieq li jieħu sehem jista’ jikkuntattja lil Sr Anna fuq dan l-email: [email protected]

Inħeġġu t-tfal jgħidu lill-għalliema tagħhom biex ma jtellfuhomx din l-opportunita’.