-
Ġentilment ninfurmawkom li l-Ġimgħa 3 ta’ Marzu 2017, il-Kurja tal-Arċisqof inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet, u l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser jagħlqu filgħodu minħabba l-irtir tar-Randan. Il-Kurja terġa tiftaħ fl-4:00 p.m.