-
Minn għada l‑Ħamis, 29 ta’ Marzu, il‑Kurja tal‑Arċisqof, l‑Uffiċċji tal‑Caritas u l-Uffiċċju Żwiġijiet, il‑Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa għall‑festi tal‑Għid.
Il-Kurja tal-Arċisqof u l-Uffiċċju tal-Caritas jerġgħu jiftħu nhar l-Erbgħa, 4 ta’ April. L‑Uffiċċju Żwiġijiet u t‑Tribunal Ekkleżjastiku jiftħu nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ April 2018.