• Awguri tal-Istaġun tal-Festi lill-Isqfijiet

  • Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awziljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca, nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, bejn id-9.30 a.m. u nofsinhar, l-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana.

    Intant, lejliet l-Ewwel tas-Sena, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awziljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca, ser ikunu fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta, fejn dakinhar huma jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri.

    Ritratt: Photocity
    www.photocitymalta.com