Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awziljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca, nhar il-Ħadd 30 ta’ Diċembru se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, bejn id-9.30 a.m. u nofsinhar, l-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana.
Il-bdil tal-awguri se jsir fil-Kurja tal-Arċisqof, Floriana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, se jkun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja (u mhux il-bieb prinċipali). Dakinhar, għal ħabta tal-10.30 a.m. l-Arċisqof jgħaddi messaġġ lil dawk preżenti.