Il-Papa Benedittu XVI se jżur Santiago de Compostela fis-6 ta’ Novembru li ġej u l-għada jmur Barcellona sabiex jikkonsagra il-Knisja tas-Sagrada Familia. Dan tħabbar miż-żewġ Arċisqfijiet taż-żewġt ibliet, il-Kardinal Lluis Martinez Sistach ta’ Barcellona u l-Arċisqof Julian Barrio ta’ Santiago. L-Arċisqof Barrio qal li l-Papa esprimax-xewqa tiegħu li jmur Santiago bħala pellegrin fil-fidi. Huwa kien il-Vatikan fil-jiem li għaddew biex jistieden lill-Papa għaż-żjara fil-pajjiż.

L-Appostlu Ġakbu l-Kbir (Santriago) hu padrun ta’ Spanja. It-tradizzjoni żżomm li huwa evanġeliżża fi Spanja u l-qabar fejn hu midfun hu lokalizzat fil-Katidral ta’ Santiago de Compostela, li hi d-destinazzjoni tar-rotta tal-pellegrinaġġ storiku u popolari El Camino de Santiago de Compostela.

Il-festa tal-appostlu titfakkar fil-25 ta’ Lulju u kull meta l-festa taħhbat il-Ħadd, jiġifirei 14-il darba kull seklu, tkun dikjarata sena qaddisa. Iċ-ċelebrazzjoni ta’ dis-sena li bdiet fil-31 ta’ Diċembru u li se ttul din is-sena kollha, se tkun it-tieni sena qaddisa tat-tielet millenju. Fir-rigward tal-waqfa f’Barcellona, il-Kardinal Martinez Sistach, diga qal x-xahar li għadda li l-Papa esprima l-interess fil-konsagrazzjoni tal-Knisja tal-Familja Mqaddsa. Il-Knisja partikolari meqjusa ta’ importanza għall-Papa minħabba li t-titlu tagħha jagħti importanza lill-familja.

Il-vjaġġ lejn Spanja f’Novembru li ġej, huwa t-tieni wieħed tal-Papa hemmhekk. Dan wara l-laqgħa dinjija tal-familja fl-2006 f’Valencia. Għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid, tkun imbagħad mistennija t-tielet żjara tiegħu fi Spanja fl-2011.

SANTIAGO DE COMPOSTELA, Spain, MARCH 3, 2010 (Zenit.org)