-
-
*****
Diretturi: Don Hall u Chris Williams
Iħna: Ryan Potter, Scott Adsit, Daniel Henney, T. J. Miller, Jamie Chung, Damon Wayans Jr., Genesis Rodriguez, Maya Rudolph u James Cromwell
Ħin tal-Film: 92 min
Klassifika taċ-Ċensura: PG
Klassifika tal-Knisja: 12AHiro Hamada, tifel ta’ erbatax –il sena, hu ġenju fejn jidħol ir-robotiks. Kien jgħaddi ħafna ħin jieħu sehem fi ġlied ta’ robots, f’postijiet xejn sbieħ moralment. Ħuh Tadshi kien jinsab imħasseb u kien jinkwieta jara lil Hiro jgħaddi tant żmien mitluf fil-logħob meta kellhu tant potenzjal li seta’ juża
ħinu aħjar. Għalhekk ħa lil Hiro fl-universita` fejn Hiro ltaqa’ ma’ ħbieb Tadashi, GoGo, Wasabi, Honey Lemon u Fred kif ukoll ir-robot Baymax li Tadeshi stess kien ħoloq biex jieħu ħsieb saħħtu. Hiro baqa’ mistgħaġeb għal dak li ra hemm, u għalhekk iddeċieda li jidħol fl-iskola tar-robotiks. Biex ikun jista’ jiġi aċċettat, kellu jippresenta proġett. Hiro wera mikrorobots li dawn setgħu jiġu arranġati f’qagħdiet immaġinabbli. Dan il-proġett impressjona ħafna lill-Professur Callaghan u ma sab l-ebda problema li jaċċcettah. Sfortunatament nar qawwi jaħkem il-post u Tadashi jħoss il-ħtieġa li jidħol ġewwa qalb in-nirien biex isalva lil Callaghan. Riżultat ta’ dan, Tadashi u Callaghan intilfu fin-nirien. Dan l-inċident gravi tefa’ lil Hiro f’dipressjoni kbira sakemm aċċidentalment attiva lil Baymax, ir-robot li kien ħoloq ħuh Tadeshi. Meta l-mikrobot ta’ Hiro jibda juri attivita` mhux normali, ġagħlet lil Hiro u Baymax iseggwu l-attivita` li l-mikrobot kien qiegħed juri. Meta jaslu ġewwa maħżen mitluq, hemm isibu li xi hadd misterjuż kien ħoloq eluf ta’ mikrobots simili bħal dawk ta’ Hiro. Hiro jiġi attakkat minn dan ir-ragel libes maskla. B’xorti tajba Hiro u Baymax jirnexxielhom jaħarbu. Hawn Hiro jħoss il-bżonn li jgħaqqad tim ta’ supereroj iffurmat minn Bayman, GoGo, Wasabi, Honey Lemon u Fred. Tgħid jirnexxielhom jgħelbu lil dan ir-raġel misterjuż. Xi jsibu meta jagħmlu żjara fil-laboratroju Krei Tech, kumpanija prestiġjuża tar-robotiks?Big Hero 6 hu film Amerikan bi 3D, animat u kkomputerizzat, inspirat mill-Komiks Marvel. Niltaqgħu ma’ Hiro Hamada, żagħżugħ ġenju fil-qasam tar-robotiks u li jsib ruħhu wiċċ imbwiċċ ma’ villan libes maskla. L-istorja toffri taghlim siewi fuq ħbiberija ġenwina u kif tirreżisti tentazzjoni. Minħabba li hemm xeni ta’ biza` u ċajt goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu tnax –il sena iżda tfal ta’ eta` iżgħar, jistgħu jarawh jekk ikunu akkumpanjati minn xi adult.