• ****

    Direttur: Matthew Vaughn
    Atturi: Colin Firth, Samuel  L. Jackson, Mark Strong, Taron Egerton, Michael Caine, Sofia Boutella, Jack Davenport, Sophie Cookson u Mark Hamill
    Ħin tal-Film: 129 min
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12                   
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Gary “Eggsy”, ta’ ħames snin, tilef lill-missieru li miet f’missjoni sigrieta waqt li kien fuq dmiru f’eżerċizzju militari. Bħala turija ta’ rispett u gratitudni, il-familja ngħatat midalja inkonvenzjonali, b’numru ta’ telefon fuq wara li jista’ jintuża darba biss u f’każ li jkun hemm bżonn ta’ xi favur. Sbatax –il sena wara, Eggsy,  jinsab bla xogħol, igħix ħajja bla futur, fl-appartament m’ommu. Wara li safa’ arrestat għaliex ma’ sħabu, seraq karozza, Eggsy iddeċieda li ċċempel in-numru tat-telefon fuq il-midalja. Riżultat tat-telefonata li għamel, Eggsy jinħeles. Barra l-għassa, ssib jistennieh isib lil Harry Hart,  raġel liebes  pulit,  spija u li  tant snin ilu kien missier Eggsy li  kien salvalu ħajtu.  Harry joffri lil Eggsy l-opportunita` li jbiddel ħajtu billi offra li jitkellimlu lil dawk li kienu jimpjegawh: Kingsman, organizzazzjoni ndependenti, iżda li kienet tal-għola kategorija ta’ segratezza. Biex ikun aċċettat, Eggsy kellu jikkompeti ma’ oħrajn f’serje ta’ testijiet riġidi. Ma kienitx faċli għal Eggsy għaliex miegħu kellu żgħażagħ, b’edukazzjoni għolja, intelliġenti u ta’ mġieba tajba.  Sadanittant, Harry kien qiegħed jipprova ssolvi l-għajbien ta’ ħafna akkademiċi prominenti, xjentisti u artisti fix-xena ta’ divertiment. Harry kellu idea min seta’ kien wara dan l-għajbien ta’ dawn in-nies prominenti: ċertu Richmond Valentine, biljunarju, b’ħila kbira fuq it-teknika u  li kien iffissa li ried isalva d-dinja. Minnaħa l-oħra, Eggsy jirnexxielu jegħleb l-isfida u issa li kien sar ġentlom u spija, intgħażel biex jingħaqad mat-tim ta’ Kingsman. Il-problema kbira għall-ewwel sfida li offriet ruħha, kienet kif sejjer flimkien ma’ Harry, jiskopri l-verita` kollha fuq Valentine u l-ħsieb li dan kellu biex jilħaq  l-pjan tiegħu. Tgħid ikunu fil-ħin biex dawn it-tnejn iwaqqfu lil Valentine mill-ħsieb  inġenjuz ta’ ħażen.

    Film mimli azzjoni, msejjes fuq il-ktieb komik: The Secret Service, maħluq minn Dave Gibbons u Mark Miller.  Il-veteran aġent sigriet, Harry Hart igħin liż-żagħżugħ Gary “Eggsy”, biex jidħol f’dinja ta’ spjunaġġ u azzjonijiet perikolużi għall-aħħar. Minħabba xeni ta’ vjolenza, kliem goff  u qtil mdemmi, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax –il sena.