-
-
****
Direttur: Alejandro Gonzales Inarritu
Atturi: Michael Keaton, Edward Norton, Naomi Watts
Ħin: 120 minuti
Klassifika taċ-Ċensura:15
Klassifika tal-Knisja: 18Riggan Thomson huwa attur li issa qed jikber fiż-żmien. Għoxrin sena ilu kien populari ħafna bħala l-istilla tas-serje ta’ films Birdman li kien suċċess kbir. Wara t-tieni film ta’ din is-serje, madankollu, Riggan ma ridx ikompli jaħdem f’dawn il-films imma beda jaħdem f’films oħra, li l-ebda wieħed minnhom m’għamel suċċess. Issa, biex jipprova juri li kapaċi jagħmilha ta’ affarijiet oħra minbarra ‘Birdman’, adatta storja ta’ Raymond Carver għal palk u issa qedin isiru l-provi tagħha fi Broadway. Minbarra li Riggan huwa l-kittieb ta’ din il-play, huwa wkoll id-direttur tagħha u l-attur prinċipali. Il-provi fil-biċċa l-kbira jmorru ħażin. Imma l-affarijiet imorru minn ħażin għal għar meta, wara fjask waqt waħda mill-provi, Riggan jingaġġa lil Mike Shiner, attur ta’ fama imma li hu mgħaruf li jagħmila li jaf aktar mid-diretturi. L-atturi l-oħra jinkludu lil Lesley, ħabiba antika tiegħu u li se twettaq ħolma li dejjem kellha li tirreċta fi Broadway; u l-ħabiba tiegħu Laura. Binthu Sam, li għadha kif spiċċat kors ta’ riabilitazzjoni mid-droga, toqgħod wara l-kwinti, filwaqt li l-aqwa ħabib tiegħu, Brandon, huwa l-manager. Sadanittant, il-kritiku influwenti tat-teatru tan-New York Times qed iħuf biex ilesti ħa jattakka din il-produzzjoni.
Film drammatiku u kummiedja dwar it-teatru u li jesprimi ċerta rabja għal fatt li l-films blockbusters moderni jagħmlu suċċess filwaqt li l-vera arti, dik li tittela’ fuq il-palk, ikollha inqas suċċess. Il-film fih reċtar mill-aqwa minn Michael Keaton kif ukoll mill-atturi l-oħra. Fih ħafna kliem ħażin u oxxen, kliem doppju sens u sesswali u xi nudita’. Jgħodd għal udjenza adulta. -
-