***

Direttur:          Jay Roach

Atturi:              Charlize Theron, Nicole Kidman, Margot Robbie, John Lithgo, Kate McKinnon, Connie Briitton, Malcolm McDowell u Allison Janney

Ħin tal-Film:    108 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             15

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  18

Roger Ailes hu r-ras ta’ Fox News, waħda mill-ikbar kumpaniji, konservattiva f’dak li għandu x’jaqsam max-xandir awdjoviżwali. Il-film, msejjes fuq fatti veri, jiffoka fuq tliet xandara tal-aħbarijiet: Meryn Kelly, Gretchen Carlson u Kayla Pospisil. Kelly kienet l-aktar waħda popolari. Ġiet avdatha f’idejha t-tmexxija tad-dibattitu Rebubblikan għas-sena 2016. Fil-ħin tad-dibattitu, Kelly ma kienet tiflaħ xejn tant li anke rremmettiet, iżda kienet kapaċi li ssaqsi  mistoqsijiet lil Donald Trump fuq kummenti li kien għadda fuq in-nisa. B’ritaljazzjoni Trump attakkaha bl-aħrax  permezz ta’ tweets u uża kliem dispreġjattiv fuqha.

Ftit jiem wara d-dibattitu, reporter daħal fid-dar ta’ Kelly biex jiġbed ritratti tat-tifla tagħha. Douglas, ir-raġel ta’ Kelly intebaħ bih u keċċieh ‘l barra. Il-kumpanija Fox wara dan l-inċident  offriet servizzi ta’ sigurtà. Min-naħa l-oħra, Ailes issusspetta li xi hadd kien ipprova javvelena lil Kelly u għalhekk kien ħassa ħażin qabel id-dibattitu. Sadanittant, Carlson tneħħiet minn co-anchor tal-programm popolari Fox and Friends u ntbagħtet fuq programm inqas popolari. Carlson ukoll kienet qegħda tirċievi ħafna kummenti sesswali. Għalhekk hi ltaqgħat mal-avukati tagħha li jinfurmawha kif Rudi Bakhtiar kienet tkeċċiet għaliex din akkużat lil Ailes li kien qiegħed jagħtiha fastidju. Hawn jippjanaw kif jiftħu kawża kontra Ailes għalkemm l-avukati għamluha ċara li  kien hemm bżonn ta’ xhieda li jkunu lesti li jitilgħu jixhdu.

Sadanittant, Kayla Pospisil tiġi ngaġġata minn Fox biex taħdem ma’ Carlson. Hi taċċetta li tieħu sehem fil-program The O’Reilly Factor,  iżda Bill Reilly ikeċċiha mill-ewwel ġurnata. Diżappuntata, Pospisil  tisker u torqod ma’ Jess Carr, kollega tagħha fuq ix-xogħol.  Meta tqum, Pospisil tiskanta kif Carr, lesbjana u liberali kienet tappoġġja lid-emokratika Hillary Clinton. Pospisil tkun mistiedna għand Ailes u dan ma jonqosx li jtiħa fastidju wkoll. Meta tgħid lil Carr, din tgħidilha li ma tridx tkun involuta. Min-naha ta’ Carlson, fi programm turi li kienet favur il-projbizzjoni ta’ armi ta’ aggressjoni. Ailes xejn ma tieħu pjaċir u jkecciha mill-impieg minghajr ma jtiha raġuni valida. X’jiġri minn hawn?

Film Amerikan, biografiku, taħt id-direzzjoni ta’ Jay Roach, kitba ta’ Charles Randolph. Minħabba t-tema tal-film li turi biċ-ċar l-abbuż fuq in-nisa minn irġiel fl-awtorità, kif ukoll kliem goff, baxx u dagħa, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.