Għas‑sena akkademika 2021‑2022 il‑Fondazzjoni għall‑Istudji Teoloġiċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri għaxar boroż ta’ studju lil min jixtieq ikompli l‑istudji tat‑teoloġija u l‑oqsma pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija.

Il‑boroż ta’ studju se jitqassmu skont dawn il‑kriterji:

  • boroż ta’ €400 għal min japplika għaċ‑Ċertifikat fil‑Ħarsien tat‑Tfal u Żgħażagħ
  • boroż ta’ €800 għal min japplika għad‑Diploma fl‑Apprezzament tal‑Patrimonju Ekkleżjastiku jew għad‑Diploma fl‑Istudji Reliġjużi
  • boroż ta’ €2,000 għal min japplika għall‑Baċellerat fl‑Arti (bl‑Unuri) fit‑Teoloġija (part‑time) jew għall‑Master fl‑Arti f’wieħed minn dawn l‑oqsma: Bioetika, Dritt Kanoniku Matrimonjali, Etika Ambjentali, Ministeru maż‑Żgħażagħ, Studji Reliġjużi, Teoloġija, jew Tmexxija tal‑Iskejjel tal‑Knisja.

F’Ottubru li ġej, il‑Fakultà tat‑Teoloġija se tniedi diploma ġdid fl‑Apprezzament Arkivistiku u Kulturali tal‑Patrimonju Ekkleżjastiku, Ii se jkun fuq bażi part‑time (filgħaxija) u mifrux fuq sentejn. Id‑diploma hi maħsuba għal dawk interessati fl‑istorja jew fil‑patrimonju ekkleżjastiku lokali u dawk involuti f’ħidma f’arkivji, mużewijiet, turiżmu reliġjuż, knejjes u uffiċċji parrokkjali jew djoċesani.

L‑applikazzjonijiet għall‑boroż ta’ studju jagħlqu fl‑1 ta’ Ottubru 2021. Aktar dettalji dwar l‑iskema u l‑applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn um.edu.mt/theology/prospective.