Jiena kont iż-żagħżugħ fortunat mill-Munxar, li ġejt magħżul biex nirrappreżenta ż-żgħażagħ Għawdxin matul iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Jien kont innominat mill-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, fejn jien attiv bħala katekist fil-Fergħa tal-Mużew ta’ Sannat u nvolut sew fil-Moviment taż-Żgħażagħ. Fortunatament, ix-xorti messet lili biex inkun daqsek qribu. Jien kont eċċitat ħafna x´ħin kont fuq il-katamaran flimkien mal-Papa mill-Kalkara sal-Valletta Waterfront. Għalija din kienet esperjenza unika u memorabbli. Huwa prattikament impossibbli għalija li niddeskrivi fi ftit kliem l-emozzjonijiet tiegħi f’dik il-ġurnata, imma jiena ċert li qatt ma jien se ninsa dawk il-mumenti singulari. Jiena kont partikolarment impressjonat bl-umiltà tal-Papa u bl-attentiv tas-smigħ tiegħu waqt li jien kont qed inwieġeb il-mistoqsijiet li għamilli. Jiena ċert li l-kliem ta’ inkoraġġiment tiegħu se nibqa’ ngħożżu matul ħajti kollha.