Nhar it-Tlieta 7 ta’ Mejju 2013, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, li ser jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Mejju, il-Segretarjat għall-Mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali tal-Knisja f’Malta organizza Business Breakfast li tratta’ s-suġġett tal-Imparzjalità fil-Ġurnalizmu.
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. stieden lill-edituri, deputy editors u diriġenti tal-organizzazzjonijiet tal-media biex jiddiskutu dan is-suġġett. Mistiedna wkoll kienu l-ogħla uffiċjali tal-Awtorità tax-Xandir, tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u tal-Press Ethics Commission.
Il-kelliem ewlieni kienet Ms Joanna Spiteri, li bħalissa qegħda tagħmel dottorat fl-Università ta’ Stirling, l-Iskozja, permezz ta’ riċerka dwar l-imparzjalità fl-aħbarijiet u bilanċ fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fil-media lokali. Il-preżentazzjoni tagħha, bbażata fuq ir-riċerka li qegħda tagħmel, offriet ukoll spunt għad-diskussjoni mal-miestiedna preżenti.
Fil-bidu tal-Business Breakfast id-delegat tal-Arċisqof, Fr Charles Tabone O.P. indirizza lil dawk preżenti, wara saret preżentazzjoni minn Ms Joanna Spiteri; ħin għad-diskussjoni u saru interventi minn dawk preżenti, u messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.
Tista’ terġa tara d-diskussjoni fuq il-paġna ta’ Newsbook billi tikklikja HAWN.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]