-
-
Caritas Malta tixtieq tieħu l-opportunità u tirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tas-solidarjetà li wera mal-vittmi tan-Nepal wara t-traġedja tat-terremot. Is-somma miġbura hija ta’ €67,762. Din is-somma se tintbagħat lill-Caritas Internationalis u l-flus se jintużaw fi proġetti flimkien ma’Caritas Nepal.
Caritas Internationalis tirrifletti l-missjoni soċjali u l-valuri tal-Knisja Kattolika. Xahar wara t-traġedja, Caritas Internationalis għenet madwar 104,975 persuna li jammontaw ċirka ta’ 21,000 familja, inklużi wkoll żoni rurali. L-għajnuna tikkonsisti f’xelters, ikel u ilma, oġġetti għal użu sanitarju u bżonnijiet oħra relattati ma’ saħħa bħal mediċini.
Id-direttur ta’ Caritas Nepal esprima hekk: “We are shaken, but not beaten.” Id-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Leonid McKay, japprezza l-ġenerożità tal-Maltin u wkoll grat għal mod kif il-pubbliku kkonkorra bid-donazzjonijiet.
Caritas Malta tixtieq tinforma li issa l-kontijiet jinsabu magħluqa.