-
-
Il-fergħa tal-Caritas fil-Ġordan ħadet ħsieb tqassam l-ikel lil familji Musulmani l-aktar fil-bżonn fl-aktar żoni foqra tad-distrett ta’ Naur, li tinsab fil-Punent tal-belt ta’ Amman.
Dan il-programm ta’ tqassim ta’ ikel sar flimkien mal-parroċċa lokali Kattolika Latina, intlaqat tajjeb ħafna kemm mill-komunitajiet Kattoliċi kif ukoll mill-Musulmani.Waqt it-tnedija kien hemm diversi nies li tkellmu, fosthom Fr Rifat Bader, promotur tal-Ċentru Kattoliku għall-Istudji tal-Midja.
Din is-sena, Caritas Ġordan qed tiċċelebra l-50 sena anniversarju mit-twaqqif u l-ħidma tagħha fil-Ġordan. Fix-xhur li ġejjin, Caritas qed tippjana aktar tqassim ta’ ikel lill-persuni fil-bżonn f’ibliet differenti tal-Ġordan.
Sors: News.VA