L-Attivitajiet tal-Arċisqof

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ottubru 2018

  • It‑Tnejn 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Mit‑Tlieta 2 ta’ Ottubru sat‑Tnejn 29 ta’ Ottubru, Monsinjur Arċisqof jattendi l‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet f’Ruma, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Settembru 2018

  • It‑Tlieta 4 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl‑anniversarju tal‑Inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina fil‑Bażilika Minuri, l‑Isla.

    Il‑Ġimgħa 7 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Statali fil‑Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is‑Sibt 8 ta’ Settembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Awwissu 2018

  • Il‑Ġimgħa 3 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi velja ta’ talb fil‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi, Isqof Awżiljarju Elett.

    Is‑Sibt 4 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ordinazzjoni Episkopali lill‑Mons. Joseph Galea‑Curmi, Isqof Awżiljarju Elett, fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina. L‑Isqfijiet Koordinanti ser ikunu l‑Arċisqof Emeritu Mons…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Lulju 2018

  • Il‑Ħadd 1 ta’ Lulju 2018, fl‑9:45 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.

    L‑Erbgħa 11 ta’ Lulju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Benedittu, fil‑Monasteru ta’ San Pietru, l‑Imdina.

    Il‑Ġimgħa 13 ta’ Lulju, fis‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jinawgura ċentru tad‑duttrina fil‑parroċċa ta’ San Ġużepp, l‑Imsida…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ġunju 2018

  • Is-Sibt 2 ta’ Ġunju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-aħħar Quddiesa tat-Tridu tal-festa San Ġużepp, Ħal Għaxaq.

    Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Katidral tal-Imdina, flimkien mal-Kapitlu u mas-saċerdoti li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali tal-ordinazzjoni tagħhom. Il-Quddiesa tkompli bil-purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Imdina…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Mejju 2018

  • It‑Tlieta 1 ta’ Mejju, fl‑10:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Mark Mallia Pawley bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa Santa Marija, Ħad‑Dingli. Fis‑6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Patri Publius Mair OFM Cap. bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Marija Reġina, il‑Marsa.

    Il‑Ħamis 3 ta’ Mejju, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma’ grupp ta’ pazjenti u voluntiera ta’ St Michael’s Hospice fil‑Knisja Parrokkjali, l‑Iklin…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul April 2018

  • Il‑Ħadd 1 ta’ April 2018, fl‑10:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

    L‑Erbgħa 4 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor, iż‑Żejtun. Il‑pellegrinaġġ jitlaq mill‑Kappella ta’ San Klement. Wara waqfa fil‑Knisja Parrokkjali, il‑pellegrinaġġ ikompli għall‑Knisja ta’ San Girgor fejn issir Quddiesa…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Marzu 2018

  • Il‑Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2018, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla.

    Il‑Ħadd 11 ta’ Marzu, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Savio College, Ħad-Dingli, fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-iskola.

    Is-Sibt 17 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Martin Cardona bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Ħal Kirkop…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Frar 2018

  • Il‑Ħamis 1 ta’ Frar 2018, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa
    fl‑okkażjoni tal‑50 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parroċċa tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.

    Il‑Ġimgħa 2 ta’ Frar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa
    tal‑Preżentazzjoni tal‑Mulej f’Jum il‑Ħajja Kkonsagrata, fil‑Kappella tal‑Monasteru tas‑Sorijiet Klarissi, San Ġiljan.

    Is‑Sibt 3 ta’ Frar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Jannar 2018

  • It‑Tnejn 1 ta’ Jannar 2018, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK u TVM.

    Il‑Ġimgħa 5 ta’ Jannar, fil‑12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑uffiċċini tal‑Aġenzija Appoġġ, għall‑impjegati tal‑Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lill‑Kan…

  • Kompli aqra »