Nipproteġu l-pulmun tagħna
04/10/2019-
L-Amażon, li nħakem minn nirien qawwija, hu magħruf bħala l-pulmun tad-dinja minħabba li hu wieħed mill-akbar foresti li jipprovdi ossiġnu lill-pjaneta tagħna, iżda mhux l-uniku wieħed. Diversi meded ta’ art miksija siġar f’pajjiżi eqreb tagħna wkoll nħakmu minn nirien kbar matul dan is-sajf, inkluż Malta. F’Ġunju li għadda nqerdet 50 tomna art u 4,600 siġra minħabba li l-masġar tal-Miżieb dam jaqbad għal jumejn sħaħ…