Editorjali

Tislima mill-Qalb lil Arċisqof Maħbub

  • Fl-Ittra ta’ San Pawl lil Timotju insibu deskrizzjoni ta’ min għandu jkun isqof tal-Poplu ta’ Alla: għandu “jkun bniedem li ma ssibx xi tgħid fih…li jkun meqjuż, prudenti, serju; li ma jkunx vjolenti, imma ġwejjed” (1 Timotju 3, 2-3). Dawn huma kollha virtujiet li kienu jiddu matul il-ħajja u l-episkopat tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca, li reġa’lura f’Dar il-Missier, it-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, fis-7:20 a.m…

  • Kompli aqra »

Tiġdid b’Xhieda Awtentika

  • Il-Festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, għaxart ijiem biss qabel ir-Randan Imqaddes, għandha sservi ta’ ispirazzjoni għalina l-Insara biex inħejju ruħna għal dan iż-żmien ta’ tiġdid f’ħajjitna. Il-fidi li ġiet rivelata lil San Pawl fil-konverżjoni biddlet il-ħajja tiegħu b’mod radikali għaliex huwa sar xhud tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Fl-omelija tal-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li bħal Pawlu, “aħna msejħin biex inkunu xhieda ta’ Ġesù, u ma nibżgħux nuru li aħna Nsara bil-mod kif ngħixu, kif nitkellmu, kif inġibu ruħna, u bid-deċiżjonijiet li nieħdu.” Din ix-xhieda awtentika li aħna msejħin għaliha, u li twasslet lilna mill-Appostlu San Pawl, tpoġġi quddiemna sfida biex f’din is-Sena tal-Ħniena aħna inwasslu l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla lill-oħrajn, partikolarment matul ir-Randan. 

  • Kompli aqra »

Inħennu bħall-Missier

  • L-istedina għall-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena li sejjaħ il-Papa Franġisku wassalulna Ġesù stess, “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom li hu fis-smewwiet” (Lq 6, 36). Il-Ġublew jistedinna sabiex nagħrfu kemm nistgħu juru ħniena mal-proxxmu tagħna fil-ħajja ta’ kuljum. Il-Papa Franġisku qal li fil-konkret il-ħniena tista’ tikkontribwixxi għal dinja iktar umana, fis-soċjetà, fl-istituzzjonijiet, fuq ix-xogħol u anke fil-familja.

    Waqt il-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina, l-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Quddiem it-Terroriżmu

  • L-attakki terroristiċi li seħħew f’dawn l-aħħar ġimgħat, fil-belt ta’ Pariġi, fil-belt ta’ Bejrut u f’diversi pajjiżi oħra, jaħsdu r-rutina u s-sigurezza ta’ kull wieħed u waħda minnha. Għalina li nsegwu fil-media, joħolqu wkoll rabja lejn min jipprova jnissel sens ta’ biża’ dwar il-futur.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-festa liturġika ta’ Kristu Re, qal li quddiem it-terroriżmu għandu jkollna l-qawwa li ġejja minn Alla biex nirreżistu t-tentazzjoni li nirrispondu l-vjolenza bi vjolenza jew b’vendetta…

  • Kompli aqra »

Nipproteġu lill-iżgħar fost ħutna

  • “Tassew, ngħidilkom, kulma tagħmlu mal-iżgħar fost dawn ħuti, tkunu qed tagħmluh miegħi” (Mt 25:40) qal Ġesù lin-nies. Forsi qatt ma ħsibna li dan il-kliem jgħodd ukoll għall-iżgħar fost l-iżgħar minn ħutna – embrijun ċkejken, kważi mikroskopiku, li wkoll għandu jkun protett milli meqjuż bħala sempliċi kommodita’ jew dritt għal xi wħud.

    Il-leġiżlazzjoni proposta dwar l-iffriżar tal-embrijuni qanqlet tħassib serju. L-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Jiem ta’ mistrieħ

  • Huma ħafna dawk li matul is-sajf jieqfu minn xogħolhom għall-ħin ta’ mistrieħ, kif inhu xieraq u anke meħtieġ. Minbarra dawk li jsiefru, hemm min iqatta’ xi żmien qrib il-baħar u forsi jgħaddi aktar ħin mal-familja. F’dawn il-ġranet faċilment ninqatgħu mill-parroċċa tagħna u, għajr għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa, ninsew li hemm xi quddiesa fil-viċin. Għal dawk li jixtiequ jsibu quddiesa qrib tagħhom, jew isibu ċans iqattgħu ftit ħin quddiem Ġesù Ewkaristija f’waħda mill-kappelli ta’ adorazzjoni li hawn mifruxa madwar Malta, l-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja nieda verżjoni ġdida tal-mobile phone application ‘Malta Mass’…

  • Kompli aqra »

Laudato Si’

  • L-Enċiklika l-ġdida tal-Papa Franġisku dwar kif ngħożżu d-dar komuni tagħna hija l-ewwel dokument tal-Knisja ddedikat għas-suġġett tal-ambjent. Mhux biss hawn Malta fejn għaddej dibattitu dwar diversi proġetti proposti, iżda anke f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, din l-Enċiklika qed tkompli toħloq għarfien dwar ir-responsabbiltà li għandna lejn l-ambjent, u dwar kemm il-ġenerazzjonijiet futuri jistħoqqilhom ambjent aħjar. Fil-preżentazzjoni tal-Enċiklika li saret fis-Seminarju, l-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Djalogu Demokratiku

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-edituri tal-aħbarijiet u appella biex f’Malta verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku, fejn persuna tkun tista’ tesprimi l-opinjoni tagħha mingħajr ma tiġi attakkata b’mod distruttiv għal dak li tgħid. Il-libertà responsabbli tal-espressjoni m’għandiex twassal għall-assassinju tal-karattru (character assassination). Meta jiġri hekk, inkunu qed nitilfu kull opportunità li niddjalogaw biex flimkien infittxu li naqdu l-ġid komuni…

  • Kompli aqra »

Il-Kurċifiss Modern

  • Il-Knisja f’Malta hija mnikkta bit-traġedji umani li qed iseħħu madwarna fil-baħar Meditteran. In-Nisrani konvint ma jistax jibqa’ indifferenti quddiem dak li qed jiġri lil tant bnedmin li, bit-tama li jfittxu ħajja aħjar, qed jispiċċaw jitilfu l-ikbar rigal li tagħna Alla, il-ħajja. L-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeskriva ritratt xokkanti li qed jiċċirkola fil-media, tal-ġisem mejjet ta’ tifel b’idejħ miftuħin fuq ix-xtut Libjani,  bħala “l-kurċifiss modern”…

  • Kompli aqra »

Merħba

  • “Morru fid-dinja kollha xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu” (Mk 16,15). Ġesù jrid li l-Vanġelu jixxandar bl-aħjar mod possibbli biex jasal għand kulħadd. Il-Knisja tfittex il-mezzi kollha disponibbli biex tagħmel dan. “Il-Knisja Kattolika tarah dmirha li tuża wkoll l-istrumenti ta’ komunikazzjoni soċjali sabiex ixxandar l-aħbar tas-salvazzjoni u tgħallem lill-bnedmin kif iħaddmuhom tajjeb” (Inter Mirifica, Nru 3). Għalhekk qed noffru din il-website b’xerja ġdida f’isem l-Arċidjoċesi ta’ Malta…

  • Kompli aqra »