• L-istedina għall-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena li sejjaħ il-Papa Franġisku wassalulna Ġesù stess, “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom li hu fis-smewwiet” (Lq 6, 36). Il-Ġublew jistedinna sabiex nagħrfu kemm nistgħu juru ħniena mal-proxxmu tagħna fil-ħajja ta’ kuljum. Il-Papa Franġisku qal li fil-konkret il-ħniena tista’ tikkontribwixxi għal dinja iktar umana, fis-soċjetà, fl-istituzzjonijiet, fuq ix-xogħol u anke fil-familja.

    Waqt il-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li “l-opri tal-ħniena, mhumiex xi ħaġa tas-simpatija u tal-emozzjoni ta’ dak il-ħin, imma huma esiġenza ta’ deċiżjoni ċara li aħna nitħaddnu mill-ħniena tal-Mulej u nuru l-ħniena li rċevejna ma’ ħutna l-bnedmin.” L-Arċisqof qal ukoll li din l-istedina tal-Ġublew mhix biex inħossuna okay magħna nfusna “imma trid tkun sfida biex waqt li aħna ngħumu, nitgħammdu, fil-ħniena tal-Mulej, niftħu l-qalb tagħna beraħ għad-dinja u għall-umanità.” Din hija sfida li nistgħu nidħlu għaliha fil-bidu ta’ sena ġdida – sfida li tagħmilna Nsara aħjar.

    Agħfas hawn biex taqra iżjed dwar il-Ġublew tal-Ħniena fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.