Il-podcasts ‘Mumenti’ tal-Azzjoni Kattolika: Konversazzjonijiet li jgħaqqdu ġenerazzjonijiet
28/03/2025L-Azzjoni Kattolika Maltija rrekordjat 3 konversazzjonijiet f’forma ta’ podcasts bħala parti mill-proġett Mumenti, proġett iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti. F’kull podcast kien hemm persuna żagħżugħa miż-ŻAK tmexxi d-diskussjoni, kif ukoll 3 mistiedna ta’ etajiet differenti, li għandhom esperjenzi varji fl-Azzjoni Kattolika u fil-Knisja.
Il-proġett Mumenti kellu l-iskop li jlaqqa’ membri u eks-membri tal-Azzjoni Kattolika minn oqsma differenti biex jinteraġixxu, jitgħallmu, u jiddiskutu flimkien, waqt li jesperjenzaw mumenti kreattivi u kulturali, b’għadd ta’ workshops interġenerazzjonali u ħarġiet kulturali f’Malta, li wasslu għat-tliet podcasts… Kompli aqra »