Wiċċ imb Wiċċ: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija b’ċelebrazzjoni tar-Randan
07/04/2025Nhar is-Sibt, 5 ta’ April 2025, il-Kandidati organizzaw ċelebrazzjoni tar-Randan fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS, bit-tema Wiċċ imb Wiċċ. Għal din l-attività, il-kandidati stiednu lill-familji tagħhom biex jieqfu u jirriflettu fuq ir-realtà li xi darba lkoll se niltaqgħu ma’ Ġesù wiċċ imb’wiċċ.
Waqt iċ-ċelebrazzjoni, dawk preżenti pparteċipaw fi tliet stazzjonijiet, fejn f’kull wieħed kellhom l-opportunità li jirrifletti fuq karattru li ltaqa’ ma’ Ġesù waqt ir-rakkont tal-Passjoni… Kompli aqra »














