Entitajiet

Irtir għall-kandidati żgħażagħ tal-SDC – “Tgħidx, ‘għadni żgħir'”.

Over the weekend, thirteen SDC Candidates attended a retreat at the Dar il-Ħanin Samaritan Conference Centre. Led by Fr. Brendan Gatt, the retreat centred on the theme “Do not say, ‘I am too young’” (Jer 1:7). The participants engaged in reflections on God’s call and our response to it, exploring faith, commitment, and the mission God entrusts to each of us. The retreat provided time for both personal and communal prayer and reflection… Kompli aqra »

Fondazzjoni Suret il-Bniedem tiċċelebra 25 sena ta’ tama għal persuni bla dar

Fondazzjoni Suret il-Bniedem, stabbilita mill-Kapuċċini fl-1999, illum is-Sibt 26 ta’ Ottubru bi kburija qed tfakkar il-25 anniversarju tagħha, filwaqt li tirrifletti fuq kwart ta’ seklu ta’ servizz iddedikat lill-individwi li qed jesperjenzaw sitwazzjoni li waslithom bla dar f’Malta.

Iggwidata mill-valuri ewlenin tal-kompassjoni, id-dinjità, u l-appoġġ għall-emarġinati, il-Fondazzjoni mhux biss ipprovdiet kenn iżda ħadmet ukoll bla heda biex terġa’ tagħti t-tama u d-dinjità lil dawk fil-bżonn… Kompli aqra »

Attivitajiet organizzati fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl waqt ix-xahar missjunarju

Waqt ix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat għall-missjoni, il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl jgħix din it-tema b’mod speċjali. Waqt il-ġimgħa ta’ tħejjija għat-tfakkira ta’ Jum il-Missjoni nhar il-Ħadd 20 t’Ottubru, diversi attivitajiet ġew organizzati kemm għall-istudenti kif ukoll għall-istaff.

Iż-żewġ skejjel inġabru għall-quddies fejn semgħu l-esperjenzi ta’ missjoni tal-membri tal-istaff u tal-MSSP matul is-sajf li għadda. L-istudenti tal-iskola sekondarja kellhom l-opportunità li jiltaqgħu online ma’ diversi brothers tal-MSSP li bħalissa qed jgħixu fid-dar Internazzjonali tal-Formazzjoni fil-Filippini… Kompli aqra »