Gwida għall-Films

Get Santa

    • *****

       
      Direttur: Christopher Smith
      Atturi: Jim Broadbent, Rafe Spall, Kit Connor, Stephen Graham, Ewen Bremner, Jodie Whittaker, Michael Walter, Warwick Davis, Joanna Scanlan u Nonso Anozie
      Ħin tal-Film: 102 min.
       
      Klassifika taċ-Ċensura: U
      Klassifika tal-Knisja: U
       
      Steve Anderson ma tantx kienet sejra tkun faċli għalih li jkun missier perfett. Kien il-ħabs jiskonta sentenza wara li nstab ħati ta’ attentat ta’ serq…

  • Kompli aqra »

Penguins of Madagascar

  • ****

    Diretturi: Eric Darnell, Simon J. Smith
    Atturi:  (vuċijiet ta’) Tom McGrath, Chris Miller, Christopher Knights, Benedict Cumberbatch
    Ħin: 92 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: U
    Klassifika tal-Knisja: U

    Tlett pengwini żgħar, Skipper, Kowalski, u Rico, ikunu qed jimxu, flimkien ma serbut twil ta’ pengwini oħra, fil-wesgħa kbira ta’ silġ fl-Antarktika, meta jindunaw li jkun hemm bajda abbandunata u fil-periklu li tinqered…

  • Kompli aqra »

Nativity 3: Dude, Where’s My Donkey?

  • ***

    Direttur: Debbie Isitt
    Atturi: Martin Clunes, Marc Wootton, Catherine Tate, Celia Imrie
    Ħin: 109 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: U
    Klassifika tal-Knisja: U

    L-iskola St. Bernardette f’Coventry, l-Ingilterra, issa għandha headmistress ġdida, Mrs. Keen, li mall-ewwel tkeċċi lin-nofs moħħ Mr Poppy, u minfloku ddaħħal lil Mr Shephard. Dan jeħles mill-mascot tal-klassi, il-ħmar ta’ Mr Poppy.  Mr Shephard ikun qed iħejji biex jiżżewweġ lit-teacher tal-mużika Sophie fi New York…

  • Kompli aqra »

Horrible Bosses 2

    • Direttur: Sean Anders
      Atturi:  Jason Bateman, Charlie Day, Jason Sudeikis, Jennifer Aniston, Jamie Foxx, Chris Pine u Christoph Waltz
      Ħin tal-Film: 108 min
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 18

      Nick Hendrick, Dale Arbus u Kurt Buckman,  tliet iħbieb tal-qalb,  xebgħu dejjem ikunu minn taħt u joqgħodu għall-kmandi ta’ oħrajn. Għalhekk ħadu deċiżjoni li jiftħu negozju għalihom bħala sħab, negozju li kellu x’jaqsam ma’ doxxox għal ħasil tal-karozzi…

  • Kompli aqra »

Paddington

  • ****

     
    Direttur: Paul King
    Atturi: Hugh Bonneville, Sally Hawkins, Julie Walters, Jim Broadbent, Peter Capaldi, Nicole Kidman u Ben Whishaw (leħen tal-ors)
    Ħin tal-Film: 95 min.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: U
    Klassifika tal-Knisja: U

    Esploratur Ngliż, f’waħda mill-espedizzjonijiet tiegħu ġewwa l-Peru, jiskopri numru ta’ orsijiet li fl-imġieba tagħhom u l-kommunikazzjonij ta’ bejniethom kienu jixbħu ħafna l-ġens uman…

  • Kompli aqra »

A Thousand Times Goodnight

  • ****

     
    Direttur: Erik Poppe
    Atturi: Juliet Binoche, Nikolaj Coster-Waldau, Maria Doyle Kennedy, Larry Mullen Jr, Mads Ousdal
    Ħin tal-film: 117 min
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18

    Rebecca hi ġurnalista li tiġbed ir-ritratti f’ċirkustanzi perikolużi  ħafna. Kienet ossessjonata li tirraporta dak li kien qiegħed jiġri fid-dinja tagħna llum u b’hekk iġib għall-attenzjoni tal-media l-attroċitajiet li qegħdin jiġru…

  • Kompli aqra »

Love, Rosie

    • ***

       
      Direttur: Christian Ditter
      Atturi: Lily Collins, Sam Claflin, Tamsin Egerton, Suki Waterhouse, Jaime Winstone, Christian Cooke u Art Parkinson
      Ħin tal-Film: 102 min
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 18

      Alex u Rosie kienu ħbieb tal-qalb minn mindu kellhom ħames snin. Dan probabilment kien ifisser li kienet sejra tkun diffiċli li xi darba sejrin ikunu ta’ xulxin għaliex dan  tabilħaqq kien fatt…

  • Kompli aqra »

Maps to the Stars

  •  **

     
    Direttur: David Cronenberg
    Atturi:  Julianne Moore, Mia Wasikowska, John Cusack, Robert Pattinson
    Ħin tal-film: 112 min.

     
    Klassifika taċ-Ċensura: 18
    Klassifika tal-Knisja: AR
     
    Agatha, tfajla ħelwa, tasal Los Angeles u mill-ajruport tmur fuq is-sit fejn darba kien hemm id-dar lussuża ta’ ħuha, Benjie Weiss,  tfajjel stilla li kien jinsab fuq il-quċċata tal-karriera tiegħu bħala attur…

  • Kompli aqra »

Alexander and the Terrible, Horrible, No Good, Very Bad Day

  • ***

    Direttur: Miguel Arteta
    Atturi: Ed Oxenbould, Steve Carell, Jennifer Garner
    Ħin: 81 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klassifika tal-Knisja: PG
     

    Lejliet għeluq it-tnax il-sena tiegħu Alexander ikollu ġurnata ħażina: jeħillu ċ-chewing gum f’xagħru, sħabu fl-iskola jidħqu bih, ma’ jirnexxilux jimpressjoni lit- tifla ħelwa tal-klassi tiegħu, u għal daqsxejn ma’ jqabbadx il-laboratorju tax- xjenza…

  • Kompli aqra »

Mr Morgan’s Last Love

  • ****
    Direttur: Sandra Nettelbeck
    Atturi: Michael Caine, Clemence Poesy, Justin Kirk, Jane Alexander, Gillian Anderson Richard Hope u Anne Alvaro
    Ħin tal-film: 116 min.

     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12

    Matthew Morgan hu Professur Amerikan, f’eta` ta’ madwar  tmenin sena, armel u li jinsab jgħix ġewwa Pariġi. Għalkemm għex għan-numru ta’ snin ġewwa Franża, iżda għadu ma tkellimx kelma waħda bil-Franciż…

  • Kompli aqra »