Il-festa ta’ Lapsi tgħallimna ngawdu l-ħajja tagħna, mhux niddisprezzawha – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa ta' Tlugħ il-Mulej fis-Sema, Jum l-Omm u s-60 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Kleru u l-Qaddejja taċ-Ċenaklu
12/05/2024 Il-Kappella tad-Dar tal-Kleru, BirkirkaraL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-festa tal-lum tfakkarna f’realtà sabiħa, mhux avveniment li sar fil-passat, 40 jum wara l-qawmien ta’ Ġesù, u daqshekk. Għaliex dak li ġara 40 jum wara l-qawmien tiegħu, b’xi mod hu mument fejn id-dixxipli għarfu, li l-istaġun ta’ dehriet straordinarji tal-Irxoxt kien intemm, u li huma kienu mibgħuta biex iwasslu l-Bxara t-Tajba, l-Aħbar it-Tajba, “indmu u emmnu fl-Evanġelju” (Mk 1:15), u jwassluha mat-trufijiet tad-dinja… Kompli aqra »