Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-festa ta’ Lapsi tgħallimna ngawdu l-ħajja tagħna, mhux niddisprezzawha – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Tlugħ il-Mulej fis-Sema, Jum l-Omm u s-60 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Kleru u l-Qaddejja taċ-Ċenaklu

  Il-Kappella tad-Dar tal-Kleru, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-lum tfakkarna f’realtà sabiħa, mhux avveniment li sar fil-passat, 40 jum wara l-qawmien ta’ Ġesù, u daqshekk. Għaliex dak li ġara 40 jum wara l-qawmien tiegħu, b’xi mod hu mument fejn id-dixxipli għarfu, li l-istaġun ta’ dehriet straordinarji tal-Irxoxt kien intemm, u li huma kienu mibgħuta biex iwasslu l-Bxara t-Tajba, l-Aħbar it-Tajba, “indmu u emmnu fl-Evanġelju” (Mk 1:15), u jwassluha mat-trufijiet tad-dinja… Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof fl-Aquinas Lecture, fil-preżenza tal-Kardinal Tagle

  Sala San Ġorġ Preca, il-Blata l-Bajda

Your Eminence, thank you so much for sharing your wisdom and your enthusiasm for the Gospel. Thank you also for tickling our imagination and warming our hearts with this call to be pilgrims and missionaries; but also to find, discover and enjoy, the Galilies in our myths, where the Lord promises an encounter of love, mercy and compassion. 

Welcome to our islands, as you know Malta’s eptimology is rich… Kompli aqra »

Mhux dejjem inħobbu kif suppost – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Se noffrilkom ħsieb ċkejken billi naqsam magħkom xi ħsibijiet fuq it-talb għażiż li għallimna San Ġorġ Preca. L-ewwel talba li nixtieqkom tiftakru – dan kollu talb sempliċi – hi din: “Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok.” Bl-Ingliż: “Dear Lord, I need you.” Hu tajjeb li nitolbuha ħafna din it-talba għax biha San Ġorġ Preca qed jgħallimna nduru lejn Alla u ngħidulu, kif kien iħobb jirrepeti hu: “kollox minnek, kollox għalik, inti tmexxi kollox.” 

San Ġorġ kien iħobb jilmenta, kien igerger kultant, li aħna ngħixu donnu Alla ma jeżistix… Kompli aqra »

Għal San Ġorġ Preca r-rabta tal-imħabba kienet il-bażi tal-għaqda

Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca

  L-Awditorju tal-MUSEUM, Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena nixtieq inpoġġi lill-pajjiż tagħna, b’mod speċjali bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ Preca, aħna u niċċelebraw ftit tax-xhur oħra, 60 sena mill-Indipendenza, u 50 sena mir-Repubblika. Aħna l-Isqfijiet qegħdin noffru lill-poplu tagħna l-okkażjoni li nirriflettu flimkien fuq il-ħames barkiet, kif sejjaħnilhom, li Dun Karm Psaila fl-1922 introduċa fit-tieni stanza tal-Innu Malti. Il-barkiet tad-dehen, tal-ħniena, tas-saħħa, tal-għaqda u tas-sliem.

San Ġorġ Preca, li twieled fl-1880, kellu 42 sena meta indaqq l-Innu Malti għall-ewwel darba… Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof: Ma nabbandunaw qatt l-imħabba!

Omelija fis-sitt Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Kapuċċini, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann, fis-sitt Ħadd tal-Għid, nisimgħu espressjoni sabiħa: “Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” (Ġw15:9). Kemm hi  stedina sabiħa din li għamel Ġesù.

L-ewwel nett jassikura li l-inizjattiva ġejja minnu, u dil-ħaġa hemm bżonn niftakruha. Wara kollox qed niċċelebraw staġun ta’ ferħ, li jitwieled fil-ġimgħa l-Kbira u fl-Għid il-Kbir. “Kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jiena” (Ġw15:9).

Ġesù qed jgħidilna ċar u tond li jekk hemm xi kelma fil-Vanġelu li hemm bżonn niftakruha hija din il-kelma: “Kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jien” (Ġw15:9) … Kompli aqra »

L-Arċisqof lis-saċerdoti ġodda: Jalla tkomplu l-missjoni ta’ fejqan fil-ministeru tagħkom

Quddiesa bl-ordinazzjoni ta' tliet saċerdoti ġodda

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Alla li jagħti kull grazzja, li sejħilkom għall-glorja tiegħu ta’ dejjem fi Kristu, hu nnifsu jerġa’ jġeddidkom, iwettaqkom, isaħħaħkom u jqegħidkom fis-sod. Tiegħu hi s-setgħa għal dejjem” (1 Piet 5: 10-11).

Intom qegħdin hawn għeżież ħuti djakni, li minn hawn u ftit ieħor bit-tqiegħid ta’ jdejja u bit-talba tal-konsagrazzjoni intom issiru saċerdoti, intom xhieda tal-grazzji li jagħti Alla… Kompli aqra »

Inħallu qalbna miftuħa għal kulħadd bħalma għamel San Publiju – L-Arċisqof

Pontifikal fil-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-antifona sabiħa ta’ San Publiju, li titkanta u tindaqq fil-festa solenni li nagħmlulu, kif jixraq, lil Publiju nagħtuh dan it-titlu sabiħ: O Melitæ digna proles – ‘Wild dehen ta’ Malta’. Ippermettuli din is-sena, naqsam magħkom ħsieb qasir, ispirat minn dan it-titlu li aħna nagħtu lil San Publiju, li wkoll hu taħt l-apside ta’ din il-Knisja.

Il-Kelma ‘Malta’ għandha żewġ etimoloġiji… Kompli aqra »

L-Arċisqof lid-djakni ġodda: Agħtu servizz b’qalb ħelwa

Quddiesa bl-ordinazzjoni ta' erba' djakni

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qed nippreżentaw lill-Mulej erba’ żgħażagħ li quddiem il-Knisja għadhom kemm ikkonfermaw mhux biss il-prezenża tagħhom imma wkoll id-deċiżjoni tagħhom. Immedjatament wara din l-omelija, fid-djalogu mal-Isqof se jieħdu impenji għal ħajjithom kollha. Imma l-impenn l-iżjed fundamentali u li l-Knisja titlob fuqhom illum hu dak li jibqgħu sħaħ fit-talb. Hekk titlob il-Knisja fuq id-djakni il-ġodda – biex bil-ħeġġa fil-ħidma tagħhom ikollhom servizz b’qalb ħelwa u jżommu ruħhom sħaħ sal-aħħar fit-talb… Kompli aqra »

Il-frott tal-Irxoxt hu l-paċi tal-qalb li ġġib il-maħfra tad-dnubiet mir-rikonċiljazzjoni – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tawh il-mewt billi dendluh mal-għuda tas-Salib; imma Alla qajmu mill-imwiet fit-tielet jum” (Atti 10:39-40). Aħna xhud ta’ dan kollu. “Lilna ordnalna biex inxandruh lill-poplu u nixhdu li dan hu dak li Alla għamlu mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin” (Atti 10:42). L-istqarrija ta’ Pietru hi l-fidi tal-Knisja, li aħna qed niċċelebraw. Hi l-fidi li tikkonferma wkoll is-silta tal-Evanġelju li għadna kemm smajna… Kompli aqra »

Tista’ l-paċi tkun magħna? – L-Arċisqof

Peace among nations, and in some cases within nations, is in tatters. Countless lives are lost by the day in Ukraine and Gaza, while thousands more are being purged in lesser-publicised conflicts like the civil war in Sudan, which has been forced to bear witness to the displacement of eight million people.

In a heartfelt appeal for peace in his Angelus only a few weeks ago, Pope Francis said: “Wherever there is fighting populations are exhausted… Kompli aqra »