Il-Kelma tal-Arċisqof

“Kemm hi sabiħa li aħna l-ulied ikollna l-grazzja nuru l-imħabba tagħna lejn il-ġenituri” – L-Arċisqof f’Jum id-Duluri

  • Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, il-Belt Valletta
    23 ta’ Marzu 2018

    Bir-raġun bħal-lum infakkru din ix-xena fuq il-Kalvarju: ħdejn is-salib ta’ Ġesù kkundannat għall-mewt għaliex ippretenda li jkun is-sultan tal-Lhud; dik kienet il-kundanna: Ġesù ta’ Nażaret Sultan tal-Lhud. Il-kundanna kienet fiha nnifisha umiljazzjoni għaliex is-Sultan tal-Lhud ma kienx fuq tron liebes il-porpra imma kien għeri, imsallab ma’ għuda…

  • Kompli aqra »

Fil-Madonna naraw tbatijiet li mhumiex antiki elfejn sena, imma attwali; niftakru f’tant ommijiet inkwetati minħabba wliedhom – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-istudenti tal-MCAST f'Jum id-Duluri

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • MCAST, Raħal Ġdid
    23 ta’ Marzu 2018

    Il-festa tal-lum hija festa devozzjonali, antika ħafna, li aħna l-Maltin, bħal pajjiżi oħra fil-Mediterran, bqajna ngħożżu u nibqgħu ngħożżu. Forsi tiftakru li Oliver Friggieri, meta kkumenta fuq din il-festa, sejħilha “il-festa verament nazzjonali”. U kien qed jirreferi għal devozzjoni qawwija ħafna li f’dan il-pajjiż tgħaqqad diversi nies li, matul is-sena u llum iżjed u iżjed fuq is-social media, ikunu qegħdin jitqatlu bħal klieb u qtates…

  • Kompli aqra »

“Il-familja hija l-vera ċentru tas-soċjetà … Aħna se nkomplu fejn inti bdejt” – L-Arċisqof fil-funeral ta’ Mons. Charles Vella

Il-Quddiesa tal-funeral ta' Mons. Charles Vella, il-fundatur tal-Moviment ta' Kana

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema
    22 ta’ Marzu 2018

    Il-Profeta Ġeremija, li fil-kitba tiegħu fl-Ewwel Qari smajna profezija qawwija, jipprova jfiehem lill-poplu kemm hi importanti l-fedeltà lejn Alla. Bħal ħafna profeti jilmenta li għalkemm il-poplu f’Alla biss sab ħellies, liberatur u redentur, l-istorja tagħhom kienet ukoll immarkata bil-ksur tal-patt: ‘Ħriġtkom mill-art tal-Eġittu, ksirtu l-patt tiegħi’ (ara Ġer 31, 32)…

  • Kompli aqra »

“Aħna u nippreparaw għad-Duluri u għall-Ġimgħa l-Kbira, nippruvaw insibu ħin biex inqerru” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-tieni anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, iż-Żejtun
    21 ta’ Marzu 2018

    Fil-ġranet ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira tisimgħu diversi siltiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann fejn Ġesù jitkellem mal-kapijiet u jgħidilhom: “Issa qegħdin tfittxu li toqtlu lili” (Ġw 8, 40). Hu, li jagħraf il-qalb, jifhem li s-sejħa tiegħu wkoll li jkun sinjal li jmeruh u għal tliet darbiet lid-dixxipli tiegħu qalilhom: ‘Bin il-bniedem jitla’ Ġerusalemm u jkollu jbati ħafna u saħansitra joqtluh, imma fit-tielet jum iqum” (ara Mt 20, 18-19)…

  • Kompli aqra »

“Tiġbidx in-nies għal warajk imma iġbed in-nies ta’ dan ir-raħal lejn Ġesù” – L-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid ta’ Ħal Kirkop

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali,  Ħal Kirkop
    17 ta’ Marzu 2018

    Sa dan il-mument fil-ħajja tiegħu, Ġesù kemm-il darba rrepeta, b’mod speċjali fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, li s-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx. Niftakru fl-ewwel miraklu li għamel fit-tieġ ta’ Kana meta kważi mġiegħel minn ommu, biex jispjegalha li kien qed iħoss li għadu kmieni, qalilha: “Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx” (Ġw 2, 4)…

  • Kompli aqra »

“M’għandniex jedd la fuq il-ħajja tagħna u wisq inqas fuq il-ħajja ta’ ħaddieħor, mit-tnissil sal-mewt naturali” – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju ta' Savio College

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Savio College, Ħad-Dingli
    11 ta’ Marzu 2018

    “Min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl” (Ġw 3, 21). Jiena nixtieqkom tiftakru din il-frażi qasira mill-Evanġelju skont San Ġwann bħala tifsira profonda ta’ dak li qegħdin niċċelebraw illum. Aħna ltqajna biex nirringrazzjaw lil Alla ta’ din l-inizjattiva tas-Salesjani, ulied San Ġwann Bosco, li fetħu dan il-kulleġġ…

  • Kompli aqra »

“Ma ninsewx li x-xbieha ħajja ta’ Ġesù tinsab ukoll fil-proxxmu tagħna” – L-Arċisqof waqt il-pellegrinaġġ tar-Redentur fl-Isla

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, l-Isla
    9 ta’ Marzu 2018

    “Araw il-qaddej tiegħi […] jintrefa’, jogħla u jkun ’il fuq minn kulħadd. Bħalma ħafna ndiehxu minnu, għax wiċċu tħassar, donnu ma kienx bniedem, u s-sura tiegħu ma kont tqisha ta’ bniedem, hekk għad jistagħġbu ħafna ġnus minħabba fih” (Is 52, 13-15)…

  • Kompli aqra »

“Aħna aħwa ta’ xulxin imma b’mod differenti” – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta' Gwardamanġa

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa
    1 ta’ Frar 2018

    “Xħin daħlu l-belt telgħu fil-kamra ta’ fuq tad-dar fejn kienu joqgħodu” (Atti 1, 13). Dan il-mument fil-ħajja tal-ewwel dixxipli ta’ Ġesù u tal-kulleġġ tal-appostli, li ormaj huwa l-kulleġġ tal-ħdax, kien mument importanti ħafna. Reġgħu lura lejn Ġerusalemm mill-għolja msejħa ‘Taż-Żebbuġ’…

  • Kompli aqra »

Dan ir-Randan irid jibda mill-qalb – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    14 ta’ Frar 2018

    First of all a warm welcome to our English speaking friends. A blessed Lent to you all.

    Fil-bidu ta’ dan l-istaġun solenni, il-Kelma ta’ Alla għandha urġenza partikolari. “Araw, issa hu ż-żmien tajjeb, araw, issa hu jum is-salvazzjoni” (2 Kor 6, 2)…

  • Kompli aqra »

“Jekk trid tkun ħabib tal-Kelma, għixha!” – L-Arċisqof lis-seminaristi li ngħataw il-Ministeru tal-Lettorat

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil ħames seminaristi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù 
    12 ta’ Frar 2018

    Nispera li meta jgħaddi ż-żmien u tiftakru f’dan il-jum, ma tgħidux li sirtu letturi fil-Karnival. Jekk ma ftakartux dalgħodu, ngħidilkom jien: illum huwa l-birthday ta’ San Ġorġ Preca li twieled fit-12 ta Frar 1880, il-Belt Valletta. Ftakru li sirtu letturi f’jum it-twelid ta’ dan l-apostlu tal-fidi li ta ħajtu għax-xandir tal-Kelma…

  • Kompli aqra »