L-għotja kbira ta’ ħniena u mħabba aħna se nilqugħa? – L-Arċisqof f’Ħadd il-Palm
25/03/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
25 ta’ Marzu 2018Ir-rakkont tal-passjoni skont San Mark li għadna kemm smajna, jirrepeti diversi drabi l-idea, il-kunċett u l-verb tal-konsenja: Ġuda jipprova jsib il-ħin propizju biex jagħti lil Ġesù f’idejn il-qassisin il-kbar; Pilatu, biex jogħġob lin-nies, jagħtihom lil Ġesù biex isalbuh; il-Mulej stess jikkonsenja, jerħi ruħu f’idejn il-Missier; u Ġużeppi ta’ Arimatija jitlob lil Pilatu biex jagħtih il-ġisem mejjet ta’ Ġesù u jroddu lill-art…