Il-Kelma tal-Arċisqof

Jalla li bil-kelma u l-preżenza tiegħek tkun aħbar tajba għall-poplu ta’ Santa Luċija – L-Arċisqof lill-Kappillan il-ġdid

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Santa Luċija
    21 ta’ Jannar 2018

    Dun Joe Mizzi, ippermettili naqsam miegħek xi ftit ħsibijiet ispirati mill-Evanġelju tal-lum, mill-kelma ta’ Alla, quddiem il-komunità afdata f’idejk.

    L-ewwel ħsieb li jiġini huwa kemm Ġesù jinsisti li l-Kelma tiegħu hija aħbar tajba u biex jgħid hekk juża’ l-kelma ‘evanġelju’ li bil-Grieg tfisser ‘aħbar tajba’, mhux l-aħbarijiet, imma propju l-Aħbar it-Tajba…

  • Kompli aqra »

“Nirringrazzjaw lill-Mulej li ġie jżurna permezz tal-Appostlu Missierna” – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ San Pawl Milqi, Burmarrad
    10 ta’ Frar 2018

    Nirringrazzja lill-Kappillan, lil Fr Christian Borg, talli qed jilqagħna hawnhekk f’din il-knisja antika u li tfakkarna propju fl-oqsma ta’ San Publiju. San Pawl Milqi huwa tradizzjonalment ukoll il-post fejn Publiju laqa’ lil Pawlu għal tlitt ijiem u fil-fatt instabu l-fdalijiet ta’ villa Rumana…

  • Kompli aqra »

“Meta inti tkellem lill-membri ta’ din il-komunità kun xhud ta’ dak Alla li inti tiegħu u li lilu tqim” – L-Arċisqof lill-Kappillan il-ġdid ta’ Ħal Għaxaq

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Għaxaq
    9 ta’ Frar 2018

    Għażiż Dun Gordin, San Luqa, il-kittieb tal-Atti tal-Appostli, ifakkarna li fil-miġja tal-Appostlu Missierna, kien ħafna bard u llum mhux inqas: “Bdiet nieżla x-xita u kien il-bard” (Atti 28, 2). Imma dak il-jum għalina kien jum ta’ risq u ta’ barka u rrid nifhem u nitlob li anke għal din il-parroċċa, dan il-jum ikun jum ta’ risq u ta’ barka, inti u tibda uffiċjalment il-ministeru tiegħek bħala ragħaj ta’ din il-komunità Nisranija…

  • Kompli aqra »

“It-triq tad-dawl hija wkoll it-triq tas-salib” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej u f'għeluq it-22 anniversarju ta' Jum il-Ħajja Kkonsagrata

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella tal-Monasteru tas-Sorijiet Klarissi, San Ġiljan
    2 ta’ Frar 2018

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli lqajtuni biex flimkien niċċelebraw din l-Ewkaristija fil-festa tal-preżentazzjoni tal-Mulej u fil-jum iddedikat lill-ħajja reliġjuża. Illum ningħaqdu mal-Papa Franġisku biex nitolbu għar-reliġjużi kollha mad-dinja kollha.

    U nitolbu wkoll il-grazzja li, fid-dawl ta’ din il-festa, il-Mulej iqanqal fil-qlub taż-żgħażagħ dik il-ħeġġa li jagħtu ħajjtihom għalih…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Prepostu Arċipriet ta’ Birkirkara: Il-missjoni tiegħek hi li tagħti kuraġġ lill-poplu Nisrani biex ma jibżax mit-telgħa tas-salib

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali Sant’Elena, Birkirkara
    8 ta’ Diċembru 2017

    Għażiż Mons. Prepositu Arċipriet, għażiż Mons. Paul Vella, nixtieq naqsam miegħek ftit ħsibijiet f’dan il-mument għażiż għalik, u jiena persważ ukoll, li inti għażiż għal din il-kolleġġjata għażiża u għal din il-parroċċa.

    Qegħdin niċċelebraw solennità kbira: it-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Omm Alla Marija…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof: Sib ftit ħin ta’ silenzju kuljum u nġabar fil-preżenza tal-Mulej

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bħala parti mill-Viżta Pastorali f'Ħal Balzan

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan
    4 ta’ Frar 2018

    L-Ewwel Qari li smajna llum huwa wieħed partikolari ħafna: il-Ktieb ta’ Ġob. Huwa ktieb li jipprova jirrispondi għall-mistoqsija li, ħafna drabi, tissieħeb ma’ dubji kbar anke dwar l-eżistenza ta’ Alla u l-mistoqsija hija: għaliex l-innoċenti jbati? 

    It-tbatija tal-innoċenti, b’mod speċjali meta narawha fit-tfal, f’dawk li m’għamlu ħsara lil ħadd, tqanqal mistoqijiet kbar…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Ħal Balzan: “Il-komunità Nisranija trid tħoss din l-urġenza: li twassal il-kelma ta’ Ġesù lill-ġenerazzjoniet li telgħin”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali f'Ħal Balzan

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan
    3 ta’ Frar 2018

    Fil-bidu tal-Evanġelju li għadna kemm smajna jissemmew żewġ koppji ta’ aħwa: Ġakbu u Ġwanni u Xmun u Indrì. Dawn l-ismijiet ifakkruna li kienu l-ewwel dixxipli tal-Mulej, iltaqa’ magħhom fix-xatt tal-għadira ta’ Tiberijade jew il-Baħar tal-Galilija li huwa lake enormi u sejħilhom: “Imxu warajja” (Mk 1, 17)…

  • Kompli aqra »

“Tgħallem jagħti ħajtu bħala Kapuċċin u ta ħajtu sal-mewt bħala isqof missjunarju” – L-Arċisqof dwar l-Isqof Emanuel Barbara

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina
    27 ta’ Jannar 2018

    “Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji r-riġlejn ta’ min iħabbar il-bxara, ta’ min ixandar is-sliem, ta’ min iħabbar ir-risq, ta’ min ixandar is-salvazzjoni u jgħid lil Sijon: ‘Alla tiegħek isaltan’” (Is 52, 7-8).

    I would like to greet all our friends who have come over from Kenya to pay their respects to their dear Bishop Emanuel…

  • Kompli aqra »

“Il-Kappillan huwa rigal ta’ Alla” – L-Arċisqof fil-pussess ta’ Dun Michael Zammit

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Michael Zammit bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta' San Andrija, Ħal Luqa

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali San Andrija, Ħal Luqa
    5 ta’ Jannar 2018

    Għażiż Kappillan, ippermettili nindirizzalek ftit ħsibijiet, u l-poplu tiegħek, il-poplu ta’ din il-parroċċa għażiża ta’ Ħal Luqa, jifhimni meta llum, l-ewwel ma nkellem ikun lilek.

    Fl-Evanġelju li għadek kemm ħabbartilna jiġi introdott appostlu li fl-Evanġelju ta’ San Ġwann jissejjaħ Natanjel minn Kana tal-Galilija…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2018

  • Archbishop Charles J. Scicluna led a congregation of Christians from different Churches and Traditions at an Ecumenical Service during the Week of Prayer for Christian Unity. This was held on Friday, 19th January 2018, at the Basilica of the Nativity of the Virgin Mary, Senglea.

    The Week of Prayer for Christian Unity is being held between Thursday, 18th January and 25th January 2018…

  • Kompli aqra »