Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof lis-saċerdoti l-ġodda: “Nixtieq nafdakom f’idejn il-Madonna biex tieħu ħsiebkom”

Quddiesa mas-sitt saċerdoti novelli

  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

    4 ta’ Lulju 2017

    “Dan xi bniedem hu?”  Dakinhar tal-ordinazzjoni, aħna u niftakru l-mistoqsijiet li Pawlu għamel lil Ġesù fit-triq ta’ Damasku, fakkartkom f’dawn iż-żewġ mistoqsijiet: Int min int, Mulej? Mulej, xi tridni nagħmel? Hemm paralleliżmu bejn l-ewwel mistoqsija ta’ Pawlu (Int min int Mulej?) u l-mistoqsija li għamlu d-dixxiplli fuq id-dgħajsa (Dan xi bniedem hu?)  Man hu? …

  • Kompli aqra »

“Tibżgħux mil-lupu, tkellmu ċar mingħajr ma tiġġudikaw lil ħadd” – L-Arċisqof

L-ordinazzjoni presbiterali ta’ sitt saċerdoti

  • Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ġunju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ordna sitt saċerdoti ġodda, żewġ djoċesani (Ryan Lee Pace, Mark Spiteri u Sinclair Bugeja) u tliet reliġjużi (Aaron Zahra, Clive Camilleri u Ramon Farrugia), fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

“Permezz tad-djakonija l-Knisja kontinwament tmidd idha l-leminija u tqajjem tant nies mill-miżerja” – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • Katidral tal-Imdina

    28 ta’ Ġunju 2017

    Dawn iż-żewġ appostli li tagħhom qegħdin niċċelebraw l-aqwa xhieda, il-martirju, irċevew kelma f’ħajjithom dwar it-tbatija li kellhom jgħaddu minnha. 

    Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, Ġesù jgħid lil Pietru: “Tassew, tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid, imma meta tixjieħ, inti tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tridx”…

  • Kompli aqra »

“Irridu nimxu fuq it-tagħlim li kien sa mill-bidu u mhux fuq il-moda ta’ din id-dinja” – L-Arċisqof

Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina

    29 ta’ Ġunju 2017

    “Jiena ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabbadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja li biha f’dak il-jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, imma mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu bix-xewqa tad-dehra tiegħu” (2 Tim 4, 6-8)…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof fil-festa tat-twelid ta’ San Ġwann Battista

  • Nhar is-Sibt, 24 ta’ Ġunju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Festa ta’ San Ġwann Battista, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Ġunju 2017

    “Mela x’għad ikun dan it-tifel?” (Lk 1, 66)…

  • Kompli aqra »

“L-għażla tagħkom hija kontra l-kurrent” – L-Arċisqof lis-seba’ djakni ġodda

Il-Quddiesa tal-Għoti tad-Djakonat

  • It-Tnejn, 26 ta’ Ġunju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ordna seba’ djakni ġodda, żewġ seminaristi (Anton D’Amato u Bernard Micallef) u ħames reliġjużi (Alan Joseph Adami, Jethro Bajada, Kenneth Micallef, Kurt Mizzi u Elmar Pace).
  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    26 ta’ Ġunju 2017

    “Tassew, tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier mhu aqwa minn min jibagħtu…

  • Kompli aqra »

“Tgħid x’tgħid il-liġi, iż-żwieġ jibqa’ l-għaqda dejjiema u esklussiva bejn raġel u mara” – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof waqt il-Quddiesa tal-festa ta' San Nikola, is-Siġġiewi

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Festa San Nikola, is-Siġġiewi

    25 ta’ Ġunju 2017

    “Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem missieri li hu fis-smewwiet.”  F’din is-sentenza minn Kapitlu 10 vers 32 tal-Vanġelu skont San Mattew tfisser ir-raġuni għaliex illum inġbarna hawn f’din il-knisja maestuża, imżejna b’mod sabiħ biex nagħmlu festa, kif jixraqlu lill-qaddis kbira San Nikola.  San Nikola b’ħajtu, b’għemilu, bi kliemu stqarr quddiem il-bnedmin li hu ta’ Ġesù u li huwa ma’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi lis-soċjetà: Kif tista’ tkun ġo faċilità korrettiva u xorta tħossok qiegħed fit-triq?

Iċ-ċerimonja annwali tal-gradwazzjoni tal-Caritas għal dawk li temmew b'suċċess il-programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Jum il-Gradwazzjoni tal-Caritas, San Blas

    23 ta’ Ġunju 2017

    Nixtieq nirringrazzjakom ta’ din is-serata meraviljuża. Dak li rajna s’issa jfisser ħafna xogħol ta’ ħafna nies. Jien illejla kommoss iżjed mis-snin li għaddew għaliex f’dawn l-aħħar xhur kelli l-grazzja niltaqa’ mhux biss mal-istruttura, imma man-nies li jgħixu f’dawn l-ambjenti li qed toffri  l-Caritas, ambjenti ta’ rijabilitazzjoni, ambjenti li lill‑bniedem jerġgħu jagħtuh, għalkemm wara tbatija kbira, il-vera ħelsien u d-dinjità…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-politiċi: Kunu kontabbli lejn il‑kuxjenza, lejn is-soċjetà u lejn Alla

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu fil-Ftuħ tat-Tlettax-il Parlament

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Ġunju 2017

    Nixtieq minn qalbi nagħti merħba lill‑membri kollha tat‑Tlettax‑il Parlament mill‑Indipendenza ta’ Malta. Nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom għall‑preżenza tagħkom hawn illum, aħna u nitolbu l‑għotja tal‑Ispirtu s‑Santu fuqkom u fuq il‑missjoni tagħkom fis‑soċjetà…

  • Kompli aqra »

“Irridu nitolbu maħfra ta’ kemm-il darba l-ewwel ħarisna lejn il-but imbagħad ħarisna lejn il-kuxjenza” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta' San Filep ta' Aġira f'Ħaż-Żebbuġ

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa San Filep, Ħaż-Żebbuġ

    16 ta’ Ġunju 2017

    Fit-tielet jum tat-Tridu l-parroċċa ta’ Ħaż-Zebbuġ tħares lejn San Filep u tammira u tirringrazzja lil Alla tal-ministeru tiegħu bħala saċerdot.

    Is-silta li għadna kemm smajna, pjuttost twila, mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, kapitlu 17, tagħtina l-kuntest fejn il-Mulej, jiġifieri l-mument fejn il-Mulej Ġesù jwaqqaf is-saċerdozju…

  • Kompli aqra »