“Il-parroċċa trid tlaqqa’ n-nies ma’ Ġesù u tistedinhom biex ħajjithom tkun għatba għall-ġenna” – L-Arċisqof lill-komunità Tarxiniża
L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-425 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Lunzjata f'Ħal Tarxien
29/05/2017- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Knisja Parrokkjali, Ħal Tarxien
27 ta’ Mejju 2017
Huwa ta’ ferħ kbir għalija li nkun hawnhekk fostkom f’din il-lokalità tant antika li tat uħud mill-eqdem monuMenti li għandna f’pajjiżna. Taf ukoll l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni li juri l-kultura kbira li raw dawn il-gżejjer, mhux neċessarjament missierijietna, għax matul is-sekli l-popolazzjonjiet marru u ġew, imma din l-art imbierka b’imqades ta’ qima, fosthom dan it-tempju sabiħ li intom tant tqisu bħala d-dar tal-parroċċa, il-knisja parrokkjali…