Il-Knisja ta’ Marsaxlokk tingħata t-titlu ta’ Santwarju Marjan
L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f'Marsaxlokk f'Jum id-Devozzjoni lill-Madonna tar-Rużarju ta' Pompej
10/05/2017- Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Mejju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ta t-titlu ta’ Santwarju Marjan, lill-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej, f’Marsaxlokk, li ilha tqim lill-Madonna għal dawn l-aħħar 120 sena. Dakinhar ukoll ġiet inawgurata l-pittura l-ġdida tat-titular. Id-devozzjoni f’Malta lejn il-Madonna tkompli tikber hekk kif is-Santwarju Marjan ta’ Marsaxlokk jingħaqad mas-santwarju tal-Mellieħa, Ħaż-Żabbar u Ta’ Pinu.
- Omelija tal-Arċisqof Charles J…