Il-Kelma tal-Arċisqof

“Il-ġustizzja tagħna ġejja mill-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

  • Nhar is-Sibt 18 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-anzjani fil-Kappella tad-Dar Little Sisters of the Poor, il-Ħamrun.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella tal-Little Sisters of the Poor, Ħamrun
    18 ta’ Marzu 2017

    “La tibżax tilqa’ għandek lil Marija b’martek għax dak li tnissel fiha ġie bil-ħidma ta’ L-Ispirtu s-Santu…

  • Kompli aqra »

“L-RTK irid ikun oazi fejn f’dan il-pajjiż kulħadd jingħata ċ-ċans jesprimi ruħu” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-25 sena ta' Radju RTK

  • It-Tlieta 14 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 sena ta’ Radju RTK, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. L-Arċisqof wassal ukoll messaġġ f’dan l-anniversarju. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Rabat
    14 ta’ Marzu 2017

    “Isimgħu l-kelma tal-Mulej, intom prinċpijiet ta’ Sodoma, agħtu widen għat-tagħlim ta’ Alla tagħna, intom in-nies ta’ Gomorra” (Is 7, 10)…

  • Kompli aqra »

“Neżortakom biex il-mezzi ta’ komunikazzjoni tagħna jibqgħu, bla biża’, ikunu xhieda tal-verità” – L-Arċisqof

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-25 sena ta’ Radju RTK

  • Il-25 anniversarju ta’ Radju RTK huwa okkażjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla, wisq aktar meta nagħrfu li tul is-snin, l-istazzjon RTK kien ta’ servizz lis-soċjetà u ta’ wens lil eluf kbar ta’ nies. F’din l-okkażjoni, nirringrazzjaw lil Alla għal dawk li fihom nibtet il-ħolma u li permezz tal-ħidma tagħhom twaqqaf dan l-istazzjon. Niftakru b’mod speċjali fl-għażiż Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca, li inawgura dan l-istazzjon u li bi kliemu silet il-missjoni tiegħu, dik li permezz tal-kelma jixħet dawl Nisrani fuq il-ġrajja…

  • Kompli aqra »

“Komplu din il-missjoni li tagħtu xhieda lid-dinja li Ġesù huwa tassew is-Salvatur” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali ta' grupp ta' saċerdoti

  • Is‑Sibt 11 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑50 sena anniversarju ta’ grupp ta’ saċerdoti, fid‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara. Is-Saċerdoti preżenti kienu: Fr Anthony Agius, Fr Nicholas Aquilina, Kan. Carmelo Attard, Mons. Norrie Bonavia, Mons. Tarcisio Delicata, Fr Remigio Saliba, Fr John Sammut, Mons. Daniel Schembri, Fr Carmelo Zammit, Fr Joseph Barbara MSSP, Fr Victor Shields MSSP, u Fr Paul Deguara SJ…

  • Kompli aqra »

“Ġesù Kristu qered il-mewt u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju (2 Tim 1:10)”

L-Arċisqof ikkonsagra l-artal u l-Knisja tas-Salib Imqaddes, il-Furjana

  • Il‑Ħadd 12 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa li matulha kkonsagra l‑artal u l‑Knisja tas‑Salib Imqaddes, il‑Furjana. 

    Il-kunvent u l-knisja tal-Kapuċċini fil-Furjana bdew jinbnew fl-1588/89 wara li l-Gran Mastru Verdalle ta biċċa art lil dawn il-Patrijiet barra s-swar tal-Belt Valletta. Id-disinn tal-pjanta tal-knisja sar minn Ġilormu Cassar. Il-Patrijiet Kapuċċini ddedikaw din il-knisja lis-Salib Imqaddes. It-titular oriġinali ġie mpitter minn Filippo Paladini…

  • Kompli aqra »

“Il-Kelma tal-Mulej hija għajxien għalina” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jmexxi Pellegrinaġġ f'Ħadd in-Nies, Ħaż Żabbar

  • Nhar il-Ħadd 5 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni tradizzjonali ta’ Ħadd in-Nies, b’pellegrinaġġ u Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żabbar
    5 ta’ Marzu 2017

    “Il-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek fil-għajn, u s-siġra tħajjrek biex tikseb id-dehen”(Ġen 3, 6)…

  • Kompli aqra »

“Ħossukom protagonisti fil-ħajja tal-Knisja f’Malta” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa maż-żgħżagħ f'għeluq it-30 sena mit-twaqqif tal-Youth Fellowship

  • Nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof żar iż-żgħażagħ u l-leaders tal-Youth Fellowship u ċċelebra Quddiesa f’għeluq it-30 sena mit-twaqqif ta’ din il-komunità, f’Gattard House, Blata l-Bajda.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Gattard House, Blata l-Bajda
    4 ta’ Marzu 2017

    Arma qerrieda tax-xitan hija li jipprova jipperswadina li Alla huwa għadu tal-ferħ tagħna, u ħafna drabi ir-ribelljoni tagħna, ibda mill-addoloxxenza u ż-żgħożija, tiġi minn pre-suppost dijaboliku li Alla huwa l-għadu ta’ kull ma hemm sabiħ fil-ħajja…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej Ġesù kien jirreżisti t-tentazzjonijiet…billi juża l-Kelma ta’ Alla bħala tarka” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jikkonsagra l-artal tal-Kappella fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara

  • Is‑Sibt 4 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa li matulha kkonsagra l‑artal tal‑Kappella fid‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Dar tal-Kleru, Birkirkara
    4 ta’ Marzu 2017

    Il-Kelma ta’ Alla f’dan l-ewwel Ħadd tar-Randan, tintroduċina għat-tema importanti f’din il-mixja li twassalna għall-Għid. It-talba li diġà tagħmel il-Knisja fl-Erbgħa tal-Irmied nagħmlu riferiment li nitkellmu minn “taqtiegħa kontra l-ħażen”  hija b’xi mod il-kundizzjoni tal-umanità la hemm it-tentatur, ix-xitan li jrid ifixkel il-pjan ta’ Alla għal kull wieħed u waħda minna u għalina lkoll bħala umanità…

  • Kompli aqra »

Is-sawm jerġa’ jagħtina direzzjoni ta’ ħelsien u salvazzjoni fil-ħajja tagħna – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa matul l-irtir tar-Randan għall-impjegati tal-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku

  • Il‑Ġimgħa 3 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa waqt l‑irtir tar‑Randan għall‑impjegati tal‑Kurja, il‑Caritas u t‑Tribunal Ekkleżjastiku, fil‑Knisja tal‑Lunzjata, (tal‑Karmelitani), l‑Imdina. Il-meditazzjonijiet tal-irtir tmexxew minn Patri Charlo’ Camilleri, Karmelitan.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja tal-Lunzjata, l-Imdina
    3 ta’ Frar 2017

    L-Evanġelju li għadna kemm smajna jintroduċiena għall-ewwel dizzjunarju qasir li jippreparana immedjatament mill-bidu nett tar-Randan għall-festi tal-Għid…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej huwa l-premju tat-triq ġewwinija, onestà u integra tar-Randan” – L-Arċisqof

  • L-Erbgħa l-1 ta’ Marzu 2017, Ras ir‑Randan, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Quddiesa tal‑Erbgħa tal‑Irmied, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Marzu 2017

    “Bejn il-portiku u bejn l-artal ħa jibku l-qassisin, qaddejja tal-Mulej! …

  • Kompli aqra »