Il-Kelma tal-Arċisqof

“Kull Nisrani ma jistax jaħrab mill-fatt li f’ċerti ċirkustanzi se jkun ‘sinjal li jmeruh” – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jżur l-istudenti u l-istaff tal-Università ta' Malta

  • Nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq. Huwa ġie milqugħ mill-Uffiċċjali tal-Università u tac-Chaplaincy, quddiem il-Kappella, u wara żar il-Librerija tal-Università fejn iltaqa’ mal-istaff. L-Arċisqof sab l-okkażjoni li jiltaqa’ mal-istudenti u l-istaff mill-Fakultà tal-Liġi u mill-Fakultà tat-Teoloġija. Huwa żar u ltaqa’ mat-tfal tal-Playschool fl-Università, u wara ċċelebra Quddiesa fil-Kappella St Thomas More…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu lill-Mulej li ngħixu ħajja ta’ nies onesti” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-komunità Tan-Nigret, ir-Rabat

  • Nhar is-Sibt 25 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-komunità tan-Nigret fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa, ir-Rabat.

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Ċentru Pastorali San Luqa, in-Nigret
    25 ta’ Frar 2017

    Il-Mulej qed jgħidilna li hemm bżonn nixtarru, mhux qed jgħidilna biex noqgħodu fuq il-mejda tal-ikel b’idejna marbuta l-ġurnata kollha u l-ikel jaqa’ mis-sema; mhux qed jgħidilna biex il-ġenituri li għandhom l-uliedhom joqgħodu b’idejhom marbuta u jiġi xi Father Christmas iħabbat fuq il-bieb iġib il-ħwejjeġ għal uliedhom, imma qed jgħidilna xi ħaġa forsi iżjed importanti…

  • Kompli aqra »

“M’hemm l-ebda progress veru jekk mhux nutrit ukoll mill-għeruq tagħna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fi tmiem Pellegrinaġġ Pawlin ma' pellegrini Awstrijaċi

  • Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għal pellegrini Awstrijaċi, wara Pellegrinaġġ Pawlin, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, il-Furjana. 

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali San Publiju, il-Furjana
    24 ta’ Frar 2017

  • Il-jiem qrib l-10 ta’ Frar li fihom niċċelebraw il-festa tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl, huma ġranet li fihom aħna l-Maltin b’sens kbir ta’ nostalġija imma wkoll ta’ kburija, nirriflettu fuq avveniment storiku li mmarkalna l-għeruq tagħna…

  • Kompli aqra »

“It-tfajliet tagħna għandhom bżonn isibu lil min ix-xewk irattabulhom bid-dmugħ tal-imħabba” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-Tifkira tad-dmugħ tal-Madonna, fil-Knisja tal-Mirakli f'Ħal Lija

  • Nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar 2017 l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fit-Tifkira tad-dmugħ tal-Madonna, fil-Knisja tal-Madonna tal-Mirakli f’Ħal Lija.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal-Lija
    20 ta’ Frar 2017

    “Int, Mulej, la ċċaħħadnix mill-ħniena tiegħek, it-tjieba u l-fedeltà tiegħek iħarsuni għal dejjem”. Dawn il-kliem mis-Salm li tennejna fil-Liturġija tal-lum joqgħodu tajjeb fil-fomm ta’ kull wieħed u waħda minna…

  • Kompli aqra »

Ejjew inkunu “perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-komunità taċ-Ċentru Pastorali Sagra Familja, is-Sgħajtar, in-Naxxar

  • Nhar is-Sibt 18 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru Pastorali tas-Sgħajtar, u ltaqa’ mat-tfal, żgħażagħ, ġenituri u katekisti fiż-Żona Pastorali tas-Sgħajtar.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella Famlja Mqaddsa, Is-Sgħajtar, in-Naxxar
    18 ta’ Frar 2017

    L-aħħar vers tal-Evanġelju jgħid, “Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet” (Mt 5, 48)…

  • Kompli aqra »

“Min jitgħallem il-paċenzja jkun tgħallem iċ-ċavetta tal-hena” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'Jum il-Morda

  • Nhar is‑Sibt 11 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa f’Jum il‑Morda, fis‑Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara.
    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara
    11 ta’ Frar 2017

    Nixtieq nirringrazzjakom ħafna ta’ din l-opportunità li niltaqgħu fil-festa tal-Madonna ta’ Lourdes…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej ma jitlaqniex weħidna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-Oncology Centre, l-Imsida

  • Il-Ħadd 5 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-Oncology Centre, l-Imsida. L-Arċisqof kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-pazjenti li qed jingħataw il-kura f’dan iċ-Ċentru il-ġdid. 
  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, l-Imsida
    5 ta’ Frar 2017

    L-ewwel nett nsellmilkom…

  • Kompli aqra »

“L-imħabba lejn Alla ma tagħmilx sens jekk ma tissarrafx fl-imħabba ta’ bejnietna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-50 sena anniversarju tal-Parroċċa Marija Reġina, il-Marsa

  • Nhar l-1 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-50 sena anniversarju tal-Parroċċa ta’ Marija Reġina, il-Marsa. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Marija Reġina, il-Marsa
    1 ta’ Frar 2017

    Qegħdin niċċelebraw il-Ġublew tad-Deheb, il-ħamsin anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-Parroċċa. Nirringrazzjakom l-ewwel nett tal-istedina, nirringrazzja lill-Kappillan, lill-Provinċjal, lilkom ilkoll li ġejtu llejla biex flimkien ngħidu grazzi lill-Mulej ta’ din l-esperjenza ta’ komunità…

  • Kompli aqra »

“Mhux nikkundannaw lill-omm imma ngħinuha tagħti ħajja lit-tarbija” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'Jum il-Ħajja

  • Il‑Ħadd 5 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il‑Ħajja, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    5 ta’ Frar 2017

    Fl-Evanġelju tal-lum mill-Evanġelju ta’ San Mattew, Ġesù juża’ żewġ tixbihat biex jipprova jfisser ir-rwol tagħna l-Insara fis-soċjetà u fid-dinja…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu lil Sid il-ħsad biex mhux biss jibgħat ħaddiema, imma wkoll profeti fl-għalqa tiegħu” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiftaħ il-proċess tal-kawża għall-qdusija ta' Patri Avertan Fenech u jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, f'Jum il-Ħajja Kkonsagrata