Il-Kelma tal-Arċisqof

“Nagħmlu ħilitna biex nevitaw kliem ta’ mibgħeda fuq xulxin” – L-Arċisqof

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta' 'Milied Flimkien'

  • It-Tlieta 20 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna wassal il-messaġġ tiegħu flimkien mal-ogħla awtoritajiet tal-Istat, fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’, fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta. 

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2016

    Eċċellenza President tar-Repubblika, Sur Preca,
    Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Muscat,
    Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, insellem lilek ukoll Sinjura Christina…

  • Kompli aqra »

“M’għandniex nibżgħu u nistħu minn Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-pussess ta' Dun Luke Seguna, l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta' Marsaxlokk

  • Nhar il-Ħadd 11 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess ta’ Dun Luke Seguna, il‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Marsaxlokk.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk

    11 ta’ Diċembru 2016           

    Ġwanni qiegħed il-ħabs, arrestat minn Erodi minħabba l-fedeltà tiegħu, il-kelma tal-Mulej fuq iż-żwieġ, għaliex lil Erodi apertament kien qallu: “inti ma tistax tieħu l-mara ta’ ħuk”…

  • Kompli aqra »

“Inti fejn int, int f’liema ċirkostanza int, Ġesù ġej biex ikun għalik salvatur” – L-Arċisqof lill-ħabsin

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti nisa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

  • Il‑Ħadd 11 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fis‑sezzjoni tan‑nisa fil‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Taqsima tan-Nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid
    11 ta’ Diċembru 2016

    Mit-taħdita tal-Evanġelju li għadna kemm smajna, naħseb bħali nnutajtu kif jibda l-Evanġelju li qralna Fr Martin llum…

  • Kompli aqra »

“San Ġwann il-Battista huwa martri tad-dinjità taż-żwieġ” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-familji, fil-Konkatidral ta' San Ġwann

  • Is‑Sibt 10 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għall‑familji, organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u l‑GRUFAN, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.   Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    10 ta’ Diċembru 2016

    Ġesù jgħaddi mill-ewwel għall-fatti…

  • Kompli aqra »

Preżentazzjoni tal-Presepju lill-Qdusija Tiegħu l-Papa

Indirizz mill-Arċisqof ta' Malta, Monsinjur Charles Jude Scicluna

  • Id-Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • 9th December 2016
    Paul VI Audience Hall, Vatican

  • Most Holy Father,

    We thank you for the gift of this audience, of this encounter between a father and his children.

    The crib given by Malta for Christmas 2016 brings with it a swathe of the Mediterranean Sea to Saint Peter’s Square…

  • Kompli aqra »

“Meta tkun iddixiplinat tkun tista’ tieqaf għall-ħażin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jżur l-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-Iskola Nazzjonali tal-Isports

  • Nhar it-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-Iskola Nazzjonali tal-Isports, f’Pembroke. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ jitkellem mal-istudenti, jiskopri d-dixxiplini differenti tal-isports mħaddma f’din l-iskola, u ċċelebra Quddiesa fil-kumpless sportiv.    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti taż-zjara tal-Arċisqof fl-Iskola Nazzjonali tal-Isports.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Iskola Nazzjonali tal-Isports, Pembroke
    5 ta’ Dicembru 2016

    L-ewwel nett grazzi ħafna ta’ din l-opportunità li nkun magħkom, nirringrazzja ħafna wkoll lill-Head, lill-Assistant Heads, lill-istaff, anke lil Fr Reuben u Fr Paul…

  • Kompli aqra »

“Is-saċerdot futur ma jistax ikun biss għas-sagristija” – L-Arċisqof

  • It-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kien mistieden fil-ftuħ tal-kampanja ‘Make my house a home’ fil-Kampus tal-Universita ta’ Malta. Din l-inizzjattiva kienet tikkonsisti f’bejgħ ta’ larinġ magħsur u ikel ieħor b’risq l-Uffiċċju ‘Ejjew Għandi’, li jgħin tfal ġejjin minn ambjenti żvantaġġjati ta’ familja.    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kampus tal-Università, Tal-Qroqq
    5 ta’ Diċembru 2016

  • Jagħmel sew min jista’ jgħaddi hawnhekk u jagħsar tazza larinġ…

  • Kompli aqra »

“Il-presepju huwa xbieha sabiħa tal-ħolqien kollu” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma' studenti mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti

  • Nhar it‑Tlieta 6 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tal‑Milied mal‑istudenti tal‑Iskejjel tal‑Knisja, tal-Istat u Indipendenti, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-prietka tal-Milied saret minn Carla Cutajar u l-pageant saret mit-tfal tal-iskola primajra St Joan Antide, Gudja.
    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube     Omelija tal-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

“Il-Banda tal-Forzi Armati uriet il-qawwa tal-imħabba u tas-solidarjetà” – L-Arċisqof

  • Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ippresieda kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati, organizzat mid-Dar tal-Providenza. 

    Fil-kunċert, il-Premju ‘Dun Mikiel Azzopardi’ għas-sena 2016 ingħata lil Dar il-Kaptan bħala turija ta’ rikonoxximent u apprezzament tad-Dar tal-Providenza għall-25 sena ta’ ħidma u impenn fil-komunità mit-twaqqif tagħha fl-10 ta’ Novembru 1991. Is-Sur Marcel Pisani irċieva l-premju f’isem Dar il-Kaptan…

  • Kompli aqra »

“Irridu nkunu minn ta’ quddiem fid-difiża tal-fqir, tal-imwarrab u ta’ min hu dgħajjef” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-pussess tal-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal-Mosta, Dun Sebastian Caruana

  • Nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-pussess tal-Arċipriet il-ġdid Dun Sebastian Caruana, bħala l-Arċipriet il-ġdid għall-Parroċċa tal-Mosta.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Knisja Arċipretali tal-Mosta
    3 ta’ Diċembru 2016

    “Jiena ngħidilkom li Kristu sar qaddej minħabba l-fedeltà ta’ Alla”. L-Appostlu Missierna hu u jikteb lir-Rumani jgħid li Kristu sar qaddej tal-Lhud ċirkonċiżi, u jsemmi wkoll il-pagani…

  • Kompli aqra »