Il-Kelma tal-Arċisqof

“Ma tistax tmur il-ġenna jekk tiddisprezza l-Qaddisin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha

  • Nhar l-1 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha. Din saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Novembru 2016

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna talli lqajtu l-istedina tiegħi li l- parroċċi tal-Belt u l-Kapitlu niċċelebraw din il-festa flimkien…

  • Kompli aqra »

Il-Preżentazzjoni tal-Eżortazzjoni Appostolika ‘Amoris Laetitia’ bil-Malti

  • Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppreżenta l-verżjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku ‘Amoris Laetitia’ (Il-Ferħ tal-Imħabba). Dan seħħ waqt iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ġublew tal-Ħniena għall-Familji, fis-Seminarju, Tal-Virtù.

    AGĦFAS HAWN biex taqra l-Eżortazzjoni Appostolika ‘Amoris Laetitia’ bil-Malti.


    Segwi d-Diskors tal-Preżentazzjoni tal-Eżortazzjoni Appostolika fuq YouTube

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

  • Kompli aqra »

“Fittxu lil Ġesù bħalma għamel Żakkew” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa ta' San Ġiljan

  • Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Ġiljan.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokjali, San Ġiljan

    30 ta’ Ottubru 2016

    Ejjew niftakru ftit fl-Evanġelju (Lq 19, 1-10) li għadu kemm ħabbar il-Kappillan Fr Claude…

  • Kompli aqra »

“Jalla fid-djar tagħna tidħol il-ħniena ta’ Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Ġublew tal-Ħniena għall-Familja

  • Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa f’attivita’ għall-familji kollha, fil-Ġublew tal-Ħniena, fis-Seminarju Tal-Virtù, ir-Rabat.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju, Tal-Virtù, Ir-Rabat

    30 ta’ Ottubru 2016

    Ftit hemm nies fil-Bibbja li nafu kemm kienu twal jew qosra; pero nafu li Żakkew kien raġel għani u pubblikan, dak li jiġbor it-taxxi…

  • Kompli aqra »

“Qaċċtu minn fostkom kull tentazzjoni ta’ zekzik” – L-Arċisqof

  • Nhar is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof indirizza membri tat-Tiġdid Kariżmatiku, waqt Konferenza Annwali Nazzjonali, fis-sala ewlenija tal-Iskola Sekondarja Sant’Agata, ir-Rabat.

    Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Sala Ewlenija Skola Sekondarja Sant’Agata, ir-Rabat

    29 ta’ Ottubru 2016

    L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna ta’ din il-laqgħa kmieni filgħodu, ġurnata li tfakkarna fil-ħarifa…

  • Kompli aqra »

“Tkunux profeti li titkellmu minn żniedkom imma li twasslu l-Kelma ta’ min bagħtkom” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ordinazzjoni tad-Djakonat

  • Il‑Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2016, tliet seminaristi u żewġ patrijiet Franġiskani ġew ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, f’Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Id-Djakni l-ġodda huma: Sinclair Bugeja mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin, Clive Camilleri O.F.M., Ramon Farrugia O.F.M. u Ryan Lee Pace mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Gżira, u Mark Spiteri mill‑Parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż‑Żebbuġ…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej huwa ħerqan li jagħtikom il-qawwa tiegħu”- L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adoloxxenti fil-Knisja tal-Baħrija

  • Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fill-Knisja tal-Baħrija.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja tal-Baħrija
    23 ta’ Ottubru 2016

    Qed nieħu pjaċir li intom iż-żagħażagħ se tirċievu s-sagrament tal-Griżma u nixtieq li tisimgħuni sew f’dawn il-ftit riflessjonijiet.

    Illum smajna Evanġelju sabiħ ħafna li għandu tagħlima importanti li nixtieqkom ma tinsew qatt, mhux intom biss imma anke l-parrini għeżież tagħkom, u l-ġenituri, ilkoll kemm aħna…

  • Kompli aqra »

“Aħna verament għandna bżonn il-Ħniena Divina” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-1050 anniversarju mill-magħmudija tal-Polonja

  • Nhar is-Sibt 22 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-1050 anniversarju mill-magħmudija tal-Polonja, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • St Paul’s Cathedral, Imdina

    22nd October 2016

    On 22nd October 1978 when Karol Woytyla, Pope John Paul II, in St Peter’s Square at the Vatican pronounced those very famous words: “Aprite le porte a Christo”, ‘Open the doors for Christ.’

    This is what we are celebrating today on the 1050th anniversary of the Baptism of Poland – Poland opening its doors to Jesus Christ…

  • Kompli aqra »

“Meta niċċelebraw il‑martri tal‑bieraħ, niftakru fil‑martri tal‑lum” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' Sant'Ursola, il-Belt Valletta

  • Il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ Sant’Ursola, fil-Knisja ddedikata għaliha, il-Belt Valletta. Fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ħadu sehem is-Sorijiet tal-Monasteru tal-Klawsura u Membri tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja ta’ Sant’Ursola, il‑Belt Valletta

    21 ta’ Ottubru 2016

     

    “Min se jakkuża l‑magħżulin ta’ Alla? …

  • Kompli aqra »