Il-Kelma tal-Arċisqof

“Li tkun kburi mhix biżżejjed, irridu nkunu xhieda tal-patrimonju tagħna” – L-Arċisqof f’Londra

L-Arċisqof jiċċleebra Quddiesa f'Westminster Cathedral, li tfakkar il-'Malta Day- UK', f'Londra

  • Is‑Sibt 3 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑festa tal‑Madonna tal‑Vitorja, f’Westminster Cathedral, Londra, bħala parti miċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ Malta Day. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Westminster Cathedral, London Saturday, 3rd September 2016   ​Every year we celebrate the victory of 1565. Also remember World War II and the fact that for Malta, World War II was practically over on the 7th September 1943, with the surrender of the Italian navy…
  • Kompli aqra »

Nagħtu kont ta’ għemilna

  • Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġiljan, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem fuq diversi punti importanti li jolqtu lin-nies direttament. Fuq l-ambjent, l-Arċisqof staqsa kemm qed nieħdu ħsieb l-ibħra, il-kampanja u l-patrimonju urbanistiku tal-pajjiż, li qed jiġi mkisser minħabba l-kilba għall-flus. Talab lill-Awtoritajiet biex jiddeċiedu fuq l-issues li jolqtu lil Maltin illum, milli jgħerru lilhom infushom bin-nostalġija tal-passat. 

    L-Arċisqof irrifletta kif San Ġiljan, vittma tal-għawi, spiċċa biex qatel l-istess ġenituri tiegħu…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu lil Marija Bambina tgħinna biex qalbna tkun tassew bħal ta’ Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tan-Novena tal-festa ta’ Marija Bambina, in-Naxxar

  • Nhar it-Tnejn 29 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fin-Novena bi preparazzjoni għall-festa ta’ Marija Bambina, fin-Naxxar.    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Arċipretali, in-Naxxar 29 ta’ Awwissu 2016   “Int għajn tal-ġonna, int ġiebja t’ilma ġieri, nieżel mil-Libanu” (Għan 4, 15). Din is-silta’ mill-Ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet, hija silta’ min għanja ta’ mħabba…
  • Kompli aqra »

Min qed juża l-internet biex ixewwex…irid jagħti kont quddiem Alla – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' San Ġiljan

  • Nhar il-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Ġiljan, fl-okkażjoni wkoll tal-125 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan 28 ta’ Awwissu 2016   “Il-karità teħles mill-mewt u tnaddaf mid-dnubiet u hi mezz biex wieħed isib il-ħniena u l-ħajja ta’ dejjem” (Tob 12, 9)…
  • Kompli aqra »

“Marija tgħallimna nafdaw fil-Mulej” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema, fil-Mosta

  • It‑Tnejn 15 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema u niseġ il‑Paniġierku, fil‑Knisja Arċipretali, il‑Mosta. Fi tmiem iċ-Ċelebrazzjoni saret ukoll il-preżentazzjoni lill-Arcisqof ta’ dokument bit-talba uffiċjali biex il-Knisja Arċipretali tal-Mosta tiġi elevata għat-titlu ta’ Bażilika Minuri. Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube  
  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • Knisja Arċipretali, il-Mosta 15 ta’ Awwissu 2016   Salve Mater Misericordiae, Sliem għalik Sultana Omm tal-Ħniena…
  • Kompli aqra »

“L-irxoxt tagħna huwa frott il-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa lejliet il-festa ta' Santa Marija fl-Imġarr

  • Nhar is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa lejlet il-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fl-Imġarr.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Imġarr 20 ta’ Awwissu 2016   “Imbierka inti fost in-Nisa, imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek” (Lq 1, 42). Santa Eliżabetta hi u tilqa’ liż-żgħażugħa, Marija ta’ Nazzaret, mimlija bl-Ispirtu s-Santu, tinfexx f’għajta kbira…
  • Kompli aqra »

“Iċċaħħdux lil xulxin” – L-Arċisqof lill-miżżewġin

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-miżżewġin fil-festa ta' Santa Marija, Ħal Għaxaq

  • Is‑Sibt 13 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal‑familji, fit‑tielet jum tat‑Tridu għall‑festa ta’ Santa Marija, Ħal Għaxaq.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Għaxaq 13 ta’ Awwissu 2016   Ippermettuli noffri ħsieb qasir ispirat l-ewwel nett minn din l-okkażjoni sabiħa. Qegħdin fit-tielet Tridu li jwassalna għall-festa tal-Assunta…
  • Kompli aqra »

“Il-Mulej jitlobna l-libertà ta’ min lest iċedi kollox biex ma jitilfux” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiltaqa' maż-żgħażagħ tal-Mixja Neo-Katekumenali li marru għall-pellegrinaġġ tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  • Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna pparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun.   Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katekumenju, il-Ħamrun 12 ta’ Awwissu 2016   Kif wegħedna lil xulxin erġajna ltqajna, u anke tal-esperjenzi qawwija li qsamtu miegħi u ma kull wieħed u waħda minna…
  • Kompli aqra »

“Intom it-tama tad-Djoċesi” – L-Arċisqof liż-żgħażagħ

L-Arċisqof jiltaqa' maż-żgħażagħ li waslu lura mill-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  • Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-pellegrini żgħażagħ li waslu lura mill-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja. Ħafna żgħażagħ, ġejjin minn gruppi u komunitajiet differenti taż-żgħażagħ, qasmu l-esperjenzi tagħhom ta’ Krakovja mal-Arċisqof, li kien milqut mit-testimonjanzi tagħhom. L-attivita’ bdiet b’sessjoni ta’ talb u meditazzjoni, li kompliet bil-qsim tal-esperjenzi mill-pellegrini nfushom. Ħafna żgħażagħ qasmu l-esperjenzi tagħhom u t-tema rikurrenti kienet il-Knisja Universali u li wieħed jgħix il-ħajja Nisranija b’mod awtentiku…
  • Kompli aqra »

“Aħna lkoll imsejħin għall-martirju tal-imħabba” – L-Arċisqof lill-Kappillani

L-Arċisqof jiċċelebra l-Ġublew tal-Ħniena mal-Kappillani fl-Imdina

  • Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-Kappillani, fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena. Il-purċissjoni bdiet mill-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fl-Imdina sal-Katidral, fejn il-Kappillani għaddew mill-Bieb tal-Ħniena, u wara saret iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna   Il-Katidral tal-Imdina 3 ta’ Awwissu 2016   Il-karba tal-mara Kangħanija hija karba li ħafna drabi toħroġ mill-qalb tagħna meta għarkubbtejna quddiem il-Mulej, inkunu mgħobbija b’xi problema li għalina m’ghandhiex soluzzjoni…
  • Kompli aqra »