Il-Kelma tal-Arċisqof

“Il-Fidi ssebbaħ lil ħajtek, tagħtik l-għerf li jiġi mill-qalb” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu

  • It‑Tnejn 4 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ mal-istudenti filwaqt li ppreżenta l-premjijiet lill-gradwati l-ġodda tal-Kulleġġ. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • De La Salle College, il-Birgu 4 ta’ Lulju 2016 Nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom għal dan il-mument tas-serata ta’ din il-lejla għalkemm għadha ma niżlitx ix-xemx, għax dan huwa mument ta’ ringrazzjament…
  • Kompli aqra »

“Tibżgħux mill-isfidi tal-ħajja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar

  • Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar. Homily by Archbishop Charles J. Scicluna Knisja Parrokkjali ta’ Marija Addolorata 3 ta’ Lulju 2016 Meta aħna sejjaħna l-ismijiet tagħkom qamu magħkom immedjatament, kważi b’istint qawwi, il-parrini tagħkom. Nawguralkom ħafna l-ewwel nett f’dan il-jum sabiħ u nfakkarkom f’dak li hemm fl-Ewwel Qari mill-Ktieb ta’ Isaija: “Ifirħu lil Ġerusalemm, thennew biha, intom ilkoll ħbieb tagħha! …
  • Kompli aqra »

“Il-fidda u d-deheb isiru ċomb ma saqajna u jdejna jekk ma nieħdux ħsieb lil min għandu bżonn l-għajnuna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jinawgura r-restawr tas-saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Gżira

  • Is‑Sibt 2 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa u inawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali Gżira 2 ta’ Lulju 2016   Il-Mulej jibgħat “tnejn u sebgħin dixxiplu ieħor” (Lq 10, 1). Meta l-Evanġelju ta’ San Luqa juża’ l-kelma ‘oħrajn’ jew ‘tnejn u sebgħin oħra’, qed iġgħalna nistaqsu lilna nfusna: ‘imma għalxiex qiegħed jgħid?’ Dawn it-tnejn u sebgħin ma’ liema grupp ieħor jixxierku? …
  • Kompli aqra »

“Nitolbu biex il-barranin li jiġu f’pajjiżna jsibu ħajt ta’ kenn, mhux sur li jimblukkahom” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Beatu Malti Nazju Falzon

  • Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta. Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Ġieżu, Valletta 1 ta’ Lulju 2016 “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6, 36). Dan il-kliem li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Luqa, Kapitlu 6, ifakkarna f’din is-sena Ġubilari li qegħdin fiha, is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena…
  • Kompli aqra »

“Qumu malajr għax hemm urġenza mill-poplu għall-ministeru qaddis tagħkom” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jordna tmien saċerdoti ġodda fil-Konkatidral ta' San Ġwann

  • L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, Festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ tmien saċerdoti ġodda, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Is-saċerdoti l-ġodda huma: 
    • Patri Allister Marija Aquilina tal‑Ordni tal‑Minuri Konventwali,
    • Patri Robert Falzon, Salesjan ta’ Don Bosco,
    • Dun Sergio Fenech mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
    • Dun Mark Mallia Pawley mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
    • Dun Claude Mifsud mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta,
    • Dun James Saydon mill‑Parroċċa ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar,
    • Dun Andrew Schembri mill‑Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi, u
    • Dun Gilbert Scicluna mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara…
  • Kompli aqra »

“Is-setgħat tal-infern ma jegħlbux lill-Knisja għax mibnija fuq il-fidi li xehed għaliha Pietru” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, filgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa purċissjoni sal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl ir-Rabat. Wara, l-Arċisqof ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa fuq YouTube  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina 29 ta’ Ġunju 2016   “Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet” (Mt 16, 19)…
  • Kompli aqra »

“Id-deheb u l-fidda ma jwasslux għas-sħuħija tas-salvazzjoni” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar lejliet il-Festa ta' San Pietru u San Pawl

  • It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Translazzjoni Solenni u ċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar, lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa fuq YouTube  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Katidral tal-Imdina 27 ta’ Ġunju 2016 “Ħares lejna” (Atti 3, 4), Din hija l-istedina li Pietru u Ġwanni jagħtu lil dak ir-raġel li  m’għandux isem, li kien magħtub minn ġuf ommu, li kuljum kien joqgħod ħdejn il-bieb tat-tempju jgħidulu ‘s-sabiħ’ biex jitlob il-karità lil dawk li jkunu deħlin fit-tempju…
  • Kompli aqra »

Il-Madonna tal-Mellieħa tkompli b’insistenza turina lil Ġesù bħala ‘t-Triq’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jinawgura x-xbieha restawrata tal-Madonna tal-Mellieħa

  • Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura x-xbieha restawrata tal-Madonna tal-Mellieħa, fis-Santwarju li jġib isimha.  Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa 26 ta’ Ġunju 2016   Għażiż Arċipriet, Onorevoli Ministru, Parlamentari, Rispettabbli Sindku, Saċerdoti, Ħuti, Poplu għażiż tal-Mellieħa u anki tant Professjonisti li ħadmu f’dan il-proġett għażiż…
  • Kompli aqra »

“Il-Madonna sseħibna u tgħidilna ‘ejja’ anke fit-toroq tas-slaleb tagħna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu

  • L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tat- Tifkira tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju Madonna ta’ Pinu 22 ta’ Ġunju 2016   “Tinfirex f’kull żmien” ‑ Dawn huma l‑kliem li aħna nirrepetu kull filgħaxija kif il‑jum ikun riesaq fit‑tmiem tiegħu, u l‑Knisja tinfexx fil‑għanja ta’ filgħaxija…
  • Kompli aqra »

“Il-ħajja hija sabiħa meta tingħata lill-oħrajn” – L-Arċisqof

L-Arċisqof iżur Farsons

  • On Friday 17th June 2016, Archbishop Charles J. Scicluna visited Farsons, at the brewery in Mrieħel, and celebrated Mass with the management and employees. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Imrieħel 17 ta’ Ġunju 2016   Fl-Evanġelju ta’ San Mattew, Ġesù jagħtina ftit kelmiet li aħna nistgħu nsejħuluhom kliem ta’ għerf, teknikament kliem sapjenzjali u b’xi mod qiegħed jagħtina kliem ta’ għerf tal-qalb, dak li bl-Ingliż nistgħu nsejħulu: ‘the wisdom of the heart’, l-għerf tal-qalb…
  • Kompli aqra »