L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu
04/07/2016
It‑Tnejn 4 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ mal-istudenti filwaqt li ppreżenta l-premjijiet lill-gradwati l-ġodda tal-Kulleġġ. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
De La Salle College, il-Birgu4 ta’ Lulju 2016 Nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom għal dan il-mument tas-serata ta’ din il-lejla għalkemm għadha ma niżlitx ix-xemx, għax dan huwa mument ta’ ringrazzjament…
L-Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar
03/07/2016
Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar. Homily by Archbishop Charles J. Scicluna Knisja Parrokkjali ta’ Marija Addolorata3 ta’ Lulju 2016 Meta aħna sejjaħna l-ismijiet tagħkom qamu magħkom immedjatament, kważi b’istint qawwi, il-parrini tagħkom. Nawguralkom ħafna l-ewwel nett f’dan il-jum sabiħ u nfakkarkom f’dak li hemm fl-Ewwel Qari mill-Ktieb ta’ Isaija: “Ifirħu lil Ġerusalemm, thennew biha, intom ilkoll ħbieb tagħha! …
L-Arċisqof jinawgura r-restawr tas-saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Gżira
02/07/2016
Is‑Sibt 2 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa u inawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Knisja Parrokkjali Gżira2 ta’ Lulju 2016 Il-Mulej jibgħat “tnejn u sebgħin dixxiplu ieħor” (Lq 10, 1). Meta l-Evanġelju ta’ San Luqa juża’ l-kelma ‘oħrajn’ jew ‘tnejn u sebgħin oħra’, qed iġgħalna nistaqsu lilna nfusna: ‘imma għalxiex qiegħed jgħid?’ Dawn it-tnejn u sebgħin ma’ liema grupp ieħor jixxierku? …
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Beatu Malti Nazju Falzon
01/07/2016
Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta. Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
Knisja ta’ Ġieżu, Valletta1 ta’ Lulju 2016 “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6, 36). Dan il-kliem li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Luqa, Kapitlu 6, ifakkarna f’din is-sena Ġubilari li qegħdin fiha, is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena…
L-Arċisqof jordna tmien saċerdoti ġodda fil-Konkatidral ta' San Ġwann
29/06/2016
L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, Festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ tmien saċerdoti ġodda, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Is-saċerdoti l-ġodda huma:
Patri Allister Marija Aquilina tal‑Ordni tal‑Minuri Konventwali,
Patri Robert Falzon, Salesjan ta’ Don Bosco,
Dun Sergio Fenech mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
Dun Mark Mallia Pawley mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
Dun Claude Mifsud mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta,
Dun James Saydon mill‑Parroċċa ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar,
Dun Andrew Schembri mill‑Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi, u
Dun Gilbert Scicluna mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Pietru u San Pawl
29/06/2016
L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, filgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa purċissjoni sal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl ir-Rabat. Wara, l-Arċisqof ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa fuq YouTube
Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Katidral tal-Imdina29 ta’ Ġunju 2016 “Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet” (Mt 16, 19)…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar lejliet il-Festa ta' San Pietru u San Pawl
28/06/2016
It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Translazzjoni Solenni u ċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar, lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa fuq YouTube
Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Katidral tal-Imdina27 ta’ Ġunju 2016 “Ħares lejna” (Atti 3, 4), Din hija l-istedina li Pietru u Ġwanni jagħtu lil dak ir-raġel li m’għandux isem, li kien magħtub minn ġuf ommu, li kuljum kien joqgħod ħdejn il-bieb tat-tempju jgħidulu ‘s-sabiħ’ biex jitlob il-karità lil dawk li jkunu deħlin fit-tempju…
L-Arċisqof jinawgura x-xbieha restawrata tal-Madonna tal-Mellieħa
26/06/2016
Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura x-xbieha restawrata tal-Madonna tal-Mellieħa, fis-Santwarju li jġib isimha. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa26 ta’ Ġunju 2016 Għażiż Arċipriet, Onorevoli Ministru, Parlamentari, Rispettabbli Sindku, Saċerdoti, Ħuti, Poplu għażiż tal-Mellieħa u anki tant Professjonisti li ħadmu f’dan il-proġett għażiż…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu
22/06/2016
L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tat- Tifkira tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Santwarju Madonna ta’ Pinu22 ta’ Ġunju 2016 “Tinfirex f’kull żmien” ‑ Dawn huma l‑kliem li aħna nirrepetu kull filgħaxija kif il‑jum ikun riesaq fit‑tmiem tiegħu, u l‑Knisja tinfexx fil‑għanja ta’ filgħaxija…
On Friday 17th June 2016, Archbishop Charles J. Scicluna visited Farsons, at the brewery in Mrieħel, and celebrated Mass with the management and employees. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
L-Imrieħel17 ta’ Ġunju 2016 Fl-Evanġelju ta’ San Mattew, Ġesù jagħtina ftit kelmiet li aħna nistgħu nsejħuluhom kliem ta’ għerf, teknikament kliem sapjenzjali u b’xi mod qiegħed jagħtina kliem ta’ għerf tal-qalb, dak li bl-Ingliż nistgħu nsejħulu: ‘the wisdom of the heart’, l-għerf tal-qalb…