L-ikbar festa tal-Milied hi f’qalbna – L-Arċisqof
Quddiesa tal-aħħar Ħadd tal-Avvent
24/12/2023 Il-Kappella tal-Qalb ta' Ġesù, Tal-VirtùL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-Evanġelju tat-tħabbira tal-Mulej jippreparana b’mod immedjat għall-festa li se niċċelebraw propju mil-lejla ’l quddiem.
Dan l-Evanġelju huwa ta’ disa’ xhur ilu għax aħna niċċelebrawh u naqrawh b’solennità kbira fil-25 ta’ Marzu, disa’ xhur qabel il-25 ta’ Diċembru qabel jum il-Milied. L-Evanġelju tal-lum ifakkar it-tnissil ta’ Ġesù, il-mument meta Ġesù, it-tieni persuna tas-Santissima Trinità, l-Iben ta’ Alla jibda jeżisti fil-ġuf ta’ mara bħala bniedem… Kompli aqra »