Il-Kelma tal-Arċisqof

“Aħna l-Maltin irridu nkunu protagonisti f’kultura ta’ mogħdrija u solidarjetà” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiltaqa' ma' opinjonisti, preżentaturi tar-radju u t-televiżjoni, u ġurnalisti, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni

  • Is-Sibt 21 ta’ Mejju 2016,  l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ ma’ opinjonisti li jiktbu fil-gazzetti, preżentaturi tar-radju u t-televiżjoni, u ġurnalisti, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali. Il-laqgħa kienet organizzata b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni MOAS (Migrant Offshore Aid Station) u saret fuq il-bastiment ‘Phoenix’, fil-Marsa, Malta. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • On board the Phoenix 21st May 2016 First of all, thank you to all newspaper columnists, radio and TV presenters, and journalists for coming. When it was suggested that we celebrate the World Communications Day on board the ‘Phoenix’, we were not only thinking of the important gesture of Pope Francis when visiting Lesbos, but also the essence of his message this year, which is about communication and mercy…
  • Kompli aqra »

“It-talb tiegħek huwa l-qawwa tal-Knisja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fid-Dar tal-Anzjani Central Home, l-Imsida

  • It-Tnejn 16 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-anzjani u l-ħaddiema tad-Dar tal-Anzjani Central Home, u ċċelebra Quddiesa magħhom.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Dar tal-Anzjani Central Home, l-Imsida 16 ta’ Mejju 2016 L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lis-Sur Balzan ta’ din l-istedina biex jien inkun nista’ nżur lilkom, għeżież residenti, u anke niċċelebra magħkom il-Quddiesa, l-Ewkaristija. Għadna kemm smajna l-Evanġelju (Mk 9, 14-29) li qara’ Mons…
  • Kompli aqra »

“Itolbu lill-Ispirtu s-Santu biex juża t-talenti u l-abilitajiet tagħna biex nagħmlu d-dinja post aħjar” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-membri tal-Catenian Association

  • On Sunday 15th May 2016, Archbishop Charles J. Scicluna celebrated Mass for members of the Catenian Association, at Mdina Cathedral. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna The Mdina Cathedral 15th May 2016 Dear President of the Republic, your Excellency Marie-Louise Coleiro Preca and Mr Preca, the Grand President David Rowley, welcome to all. I do not know when was the last time the Cathedral had such distinguished visitors from all over the world…
  • Kompli aqra »

“Ejjew nagħżlu lill-Mulej li jagħtina l-vera libertà” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

  • Il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tas‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin u amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.  Segwi ċ-Ċelebrazzjoni fuq Youtube Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann 15 ta’ Mejju 2016 Għeżież żgħażagħ, uħud minnkom qraw il-Kelma t’Alla llum…
  • Kompli aqra »

Kemm għandna ‘qxur’ li jgħattu l-qofol tal-fidi tagħna – L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa

The Archbishop celebrates Solmn Mass in front of the Tomb of Christ

  • Nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Solenni quddiem il-Qabar ta’ Kristu, f’Ġerusalemm, waqt pellegrinaġġ li qed imexxi fl-Art Imqaddsa.  Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Quddiesa Solenni quddiem il-Qabar ta’ Kristu 10 ta’ Mejju 2016 Ilbieraħ (9 ta’ Mejju 2016), aħna u telgħin, mal-ħitan ta’ Ġerusalemm kien hemm posters kbar tal-Ministeru tat-Turiżmu li kienu qed jirriklamaw lil Ġerusalemm b’dawn il-kliem: this is where it all started
  • Kompli aqra »

“Fil-Ġetsemani niltaqgħu wiċċ imb’wiċċ mad-dgħufija tagħna” – L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Ġetsemani

  • Nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Ġetsemani, waqt pellegrinaġġ li Mons. Arċisqof qed imexxi fl-Art Imqaddsa. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika tal-Ġetsemani 9 ta’ Mejju 2016 Qrajna s-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew imma fl-immaġinarju tagħna għandna wkoll is-siltiet taż-żewġ Evanġelji sinottiċi l-oħrajn: San Mark u San Luqa…
  • Kompli aqra »

Nitlob għan-nisa li qed jistennew tarbija u dawk li ma jistax ikollhom tfal – L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tan-Natività, f'Betlehem

  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tan-Natività, f’Betlehem, matul il-pellegrinaġġ li l-Ariċisqof qed imexxi fl-Art Imqaddsa.    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Bażilika tan-Natività, Betlehem 8 ta’ Mejju 2016 Illum aħna għamilna wkoll il-vjaġġ minn Nazaret għal Betlehem bħalma għamlu Ġużeppi u Marija. Wara din l-esperjenza, meta nisimgħu l-kliem: “Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tela’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem” (Lq 2,4), inkunu nistgħu nimmaġinaw il-vjaġġ li għamilna aħna llum…
  • Kompli aqra »

Kliem Ġesù jgħinna ninħallu mill-faxex li ma jħalluniex nimxu – L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju ta' Betanja u l-Qabar ta' Lazzru

  • Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fis-Santwarju ta’ Betanja u l-Qabar ta’ Lazzru, f’pellegrinaġġ li qed imexxi fl-Art Imqaddsa.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Santwarju ta’ Betanja u l-Qabar ta’ Lazzru 7 ta’ Mejju 2016 “Missier, inroddlok ħajr li smajtni” (Ġw 11, 41). Ġesù qal dawn il-kelmiet hawnhekk, f’dan il-post. Hawnhekk Ġesù beka, ħass il-faraġ tal-ħbiberija ta’ dawn it-tlett aħwa: Lazzru, Marta u Marija…
  • Kompli aqra »

“Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir” – L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Annunzjazzjoni, f'Nazaret

  • Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Annunzjazzjoni, f’Nazareth, fil-bidu tal-Pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika ta’ l-Annunzjazzjoni, Nazaret 5 ta’ Mejju 2016   Ftit riflessjonijiet li mbagħad jissieħbu mal-ispjega li jiena persważ li ser jagħmlilna b’mod sabiħ u profond Fr. Twanny meta nduru l-grotta, għaliex dan il-bini, li jaf anke l-ġenerożità tal-Papa Pawlu VI, huwa kbir ħafna…
  • Kompli aqra »

Jalla d-djar fejn jgħixu l-Insara jkunu d-‘djar tal-fejqan’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Memorjal ta' San Pietru, Kafarnaum

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Memorjal ta’ San Pietru f’Kafarnaum, matul il-pellegrinaġġ li qed imexxi fl-Art Imqaddsa.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna  Memorjal ta’ San Pietru, Kafarnahum 6 ta’ Mejju 2016 Kif innutajtu, dan l-Evanġelju jsemmi erba’ postijiet għeżież li qegħdin inżuru f’din il-ġurnata, it-tieni ġurnata sħiħa tal-pellegrinaġġ tagħna fl-Art Imqaddsa…
  • Kompli aqra »