Nhar il-Ħadd 3 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Ħniena Divina tal-Mulej, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar 3 ta’ April 2016 L-Evanġelju li għadna kemm smajna (Ġw 20, 19-31) jgħaqqad iż-żewġt iĦdud mill-ġimgħa li għaddiet sa’ dan il-Ħadd li fih qegħdin niċċelebraw il-Ħadd tal-Ħniena Divina…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid tal-Ħamrun
02/04/2016
Nhar is-Sibt 2 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess ta’ Dun Walter Cauchi, bħala l-kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa San Gejtanu il‑Ħamrun, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun2 ta’ April 2016 Ippermettuli qabel inkellimkom, nixtieq nindirizza kliem lil ħija l-kappillan, Dun Walter…
Nhar il-31 ta’ Marzu 2016, saret iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana għat-tfal bħala parti mill-attivitajiet tal-Knisja f’Malta għall-Ġublew tal-Ħniena. L-attività bdiet fil-pjazza ta’ quddiem il-Katidral tal-Imdina u għaliha kienu mistiedna jipparteċipaw it-tfal kollha mill-gruppi u għaqdiet reliġjużi. Wara, it-tfal għaddew flimkien mal-Arċisqof mill-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral u ingħaqdu miegħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Fl-Omelija l-Arċisqof Charles J. Scicluna indirizza lit-tfal fejn ħeġġiġhom biex jipparteċipaw fil-Quddiesa, billi jħarsu dak li qed iseħħ fuq l-artal, mhux għax qed issir xi reċta imma għaliex hemm it-talb għaddej…
L-Omelija tal-Arċisqof fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei
29/03/2016
It-Tlieta 29 ta’ Marzu 2016, L-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ ta’ Konferenza Internazzjonali dwar l-Etika fil-post tax-xogħol, l-Isptar Mater Dei. Il-Quddiesa kienet iċċelebrata fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Kappella tal-Isptar Mater Dei29 ta’ Marzu 2016 Ippermettuli naqsam magħkom ftit ħsibijiet ispirati minn dan l-Evanġelju. L-ewwel ħsieb huwa dwar ir-reazzjoni ta’ Marija ta’ Magdala għall-mewt ta’ Ġesù…
Nhar il‑Ħadd 27 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il‑Quddiesa Monsinjur Arċisqof ta s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lil żewġ adulti. Fi tmiem il‑Quddiesa, l‑Arċisqof ta l‑Barka Appostolika bl‑Indulġenza Plenarja. Il-Quddiesa fuq YouTube
Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
I am told there is a sizeable contingent from Germany today so willkommen heißen – but that’s the end of my German for this homily today…
Nhar is‑Sibt 26 ta’ Marzu, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ‑ċelebrazzjoni bdiet bit‑Tberik tan‑Nar il‑ġdid fuq iz‑zuntier tal‑Kon‑Katidral, u tkompliet b’liturġija tal‑Kelma, liturġija tal‑magħmudija li fiha tgħammdu żewġ adulti, u l‑liturġija tal‑Ewkaristija. Il-Quddiesa fuq YouTube
Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Kon-Katidral ta’ San Ġwann26 ta’ Marzu 2016 Grupp ta’ nisa mal-ewwel jum tal-ġimgħa, mas-sebħ, imorru ħdejn il-qabar ta’ Ġesù bil-fwejjaħ li kienu ħejjew…
L-Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej
25/03/2016
Nhar il‑Ġimgħa 25 ta’ Marzu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din il‑liturġija, f’jum il‑Ġimgħa l‑Kbira, inkludiet ir‑Rakkont tal‑Passjoni skont San Ġwann, l‑Adorazzjoni tas‑Salib u t‑Tqarbin. L-Azzjoni Liturġika fuq YouTube
Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Kon-Katidral ta’ San Ġwann25 ta’ Marzu 2016 “Int m’intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?” (Ġw 18, 17)…
Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Marzu 2016, Ħamis ix-Xirka filgħodu l-Arċisqof Charles J. Scicluna kkonċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, flimkien mal-Arċisqof kkonċelebraw saċerdoti djoċesani u reliġjużi li ġeddew il-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom. Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna
Kon-Katidral ta’ San Ġwann24 ta’ Marzu 2016 Nagħtihom kuruna flok l-irmied, żejt tal-ferħ flok l-ilbies tal-vistu” (Is 61, 3)…
Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Marzu 2016, Ħamis ix-Xirka filgħaxija, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il‑Quddiesa, fuq l‑eżempju ta’ Ġesù, l‑Arċisqof ħasel riġlejn numru ta’ persuni. Dawn kienu koppja miżżewġa ta’ Maltin, koppja miżżewġa ta’ refuġjati mill-Eritrea li ngħataw dar mill-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta; omm u żewġ uliedha minn Dar Qalb ta’ Ġesù li tilqa’ fiha persuni li għaddew minn esperjenzi ta’ vjolenza domestika; persuna bla dar li sab kenn f’Dar Suret il-Bniedem; raġel b’diżabilità li l-Arċisqof iltaqa’ miegħu waqt il-purċissjoni tad-Duluri fil-Belt Valletta; u ħaddiem tal-artiġjanat Malti…
L-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, fl-4:00 p.m. saret il-Quddiesa præsente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu kkonċelebraw l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Emeritu Silvestru Magro u l-Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi. Għall-Quddiesa attendiet l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sinjur Preca. Attendew ukoll l-Onorevoli Evarist Bartolo f’isem il-Prim Ministru, rappreżetanti tal-Awtoritajiet Ċivili u l-Korp Diplomatiku…