Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • It-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għadda l-messaġġ tiegħu lill-media għall-mewt ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca, qabel bdeit il-Velja ta’ talb fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Jien nixtieq insellem il-figura ta’ Monsinjur Mercieca, kif huwa rikonoxxut mill-kummenti sbieħ li ngħataw bħala persuna ta’ djalogu, persuna ta’ umiltà, ta’ ħlewwa ta’ qalb, imma wkoll ta’ għerf…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm

  • Nhar l-20 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa f’Ħadd il-Palm, fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din iċ-ċelebrazzjoni bdiet minn quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta, fejn sar it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ, u wara saret il-purċissjoni sal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn il-Quddiesa tkompliet bil-qari tar-rakkont tal-Passjoni mill-Evanġelju skont San Luqa. Il-Quddiesa fuq YouTube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna​
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta 20 ta’ Marzu 2016 Ippermettuli noffri riflessjoni qasira dwar il-kelmiet li Ġesù jlissen fuq is-salib fil-Passjoni skont San Luqa (Lq 22, 14-23,56)…
  • Kompli aqra »

Quddiesa fil-Junior College f’Jum id-Duluri

  • Il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-istudenti u l-għalliema tal-Junior College, fil-festa ta’ Marija Addolorata.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Junior College, Msida 18 ta’ Marzu 2016 Nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet li jippruvaw jispjegaw is-sinjifikat ta’ din il-festa li aħna l-Maltin nagħmlu eżatt ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑membri tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta

  • Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal‑membri tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta, fil-preżenza tal-E.T. Fra Matthew Festing, Granmastru tal-Ordni Sovran, Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann. Il-Quddiesa saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.  Il-Quddiesa fuq YouTube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • St John’s Co-Cathedral, Valletta 13th March 2016 “Not having any righteousness of my own based on the law but that which comes from faith in Christ, the righteousness from God, depending on faith to know him and the power of his resurrection” (Phil 3: 9-10)…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi Pellegrinaġġ Penitenzjali fl-Isla

  • Eluf ta’ nies attendew għall-Pellegrinaġġ Penitenzjali tar-Randan bl-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, li sar il-bieraħ filgħaxija fl-Isla, u li tmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Wara l-pellegrinaġġ, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika Marija Bambina, l-Isla 4 ta’ Marzu 2016 “Kull min hu għaref jifhem dawn il-ħwejjeġ…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi Pellegrinaġġ Penitenzjali f’Tas-Sliema

  • Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Stella Maris, sal-Knisja tan-Nazzarenu u ċċelebra Quddiesa, f’Tas-Sliema. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema 26 ta’ Frar 2016 L-Evanġelju ta’ San Mark jispjegalna għaliex il-kwadru ta’ Ġesù Nazzarenu huwa kif inhu, bl-ilbies aħmar u l-kuruna tax-xewk (Mk 15, 17)…
  • Kompli aqra »

Quddiesa fl-okkażjoni tal-20 sena mit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Ombudsman

  • Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-Belt Valletta. Din il-quddiesa ġiet organizzata fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Ombudsman f’Malta. Minbarra l-Ombudsman u l-impjegati tal-Uffiċċju tiegħu, attendew ukoll id-Deputat Speaker, l-Onor. Ċensu Galea, l-iSkrivan tal-Kamra, is-Sur Raymond Scicluna u ex-impjegati li ħadmu f’din l-istituzzjoni sa mit-twaqqif tagħha. ​ ​ Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Uffiċċju tal-Ombudsman, Il-Belt Valletta 17 ta’ Frar 2016 Is-sinjal li jagħti Ġesù fl-Evanġelju li għadna kemm smajna (Lq 11, 29-32) huwa sinjal paradossali…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jmexxi l-pellegrinaġġ ta’ ‘Ħadd in-Nies’ f’Ħaż Żabbar

  • Nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, mexxa ċ-ċelebrazzjoni tradizzjonali ta’ Ħadd in-Nies, b’pellegrinaġġ u Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar 14 ta’ Frar 2016 Fl-ewwel Ħadd tar-Randan ta’ kull sena, l-Evanġelju tal-Quddiesa jfakkarna fil-mument meta Ġesù kien ittentat mix-xitan. Din is-sena għadna kemm smajna r-rakkont li jagħtina l-Evanġelju skont San Luqa. Ix-xitan jittenta lil Ġesù tliet darbiet…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja 2016

  • Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.  Il-Quddiesa ‘live’ fuq YouTube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta 14 ta’ Frar 2016 It-tliet tentazzjonijiet li jirrakkontalna Luqa fl-Evanġelju li għadna kemm smajna (Lq 4, 1-13); li huwa l-Vanġelu tal-Ewwel Ħadd tar-Randan, huma tliet tentazzjonijiet partikolarment adatti għal Ġesù; huma lixka biex ix-xitan jaqbdu taħt il-ħakma tiegħu…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Morda

  • Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għall-morda, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Morda, fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju ta’ S. Tereża, B’Kara 11 ta’ Frar 2016   Fil-Vanġelu li għadna kemm smajna, naraw lil Marija attenta ħafna għall-bżonnijiet tal-oħrajn. Indunat li ma kienx fadal inbid…
  • Kompli aqra »